EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0543

Kawża C-543/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 258 TFUE — Miżuri intiżi sabiex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja — Direttiva 2014/61/UE — Assenza ta’ traspożizzjoni u/jew ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni — Artikolu 260(3) TFUE — Talba għal kundanna għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum — Kalkolu tal-ammont tal-pagamenti ta’ penalità)

ĠU C 305, 9.9.2019, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-543/17) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 258 TFUE - Miżuri intiżi sabiex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja - Direttiva 2014/61/UE - Assenza ta’ traspożizzjoni u/jew ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni - Artikolu 260(3) TFUE - Talba għal kundanna għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum - Kalkolu tal-ammont tal-pagamenti ta’ penalità)

(2019/C 305/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux, C. Cattabriga, L. Nicolae, G. Von Rintelen u R. Troosters, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: inizjalment minn P. Cottin, C. Pochet, J. Van Holm u L. Cornelis, sussegwentement minn P. Cottin u C. Pochet, aġenti, assistiti minn P. Vernet, S. Depré u M. Lambert de Rouvroit, avukati, A. Van Acker u M. N. Lollo, esperti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn T. Henze u S. Eisenberg, sussegwentement minn S. Eisenberg, aġent), Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentanti: N. Grünberg, aġent), L-Irlanda (rappreżentanti: M. Browne, G. Hodge u A. Joyce, aġenti, assistiti minn G. Gilmore, BL, u P. McGarry, SC), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn A. Gavela Llopis u A. Rubio González, sussegwentement minn A. Rubio González, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. de Moustier, C. David, A.-L. Desjonquères, I. Cohen, B. Fodda u D. Colas, aġenti), Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato), Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: inizjalment minn G. Taluntytė, L. Bendoraitytė u D. Kriaučiūnas, sussegwentement minn L. Bendoraitytė, aġenti), L-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér, G. Koós u Z. Wagner, aġenti), Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: G. Hesse, G. Eberhard u C. Drexel, aġenti), Ir-Rumanija (rappreżentanti: C.-R. Canțăr, R. I. Hațieganu u L. Lițu, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi, fl-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata tat-30 ta’ Settembru 2016, kif estiż mill-Kummissjoni Ewropea, ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja, u, a fortiori, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva.

2)

Billi baqa’ ma adottax, fil-jum tal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-miżuri neċessarji sabiex jittrasponi fid-dritt intern tiegħu, inkonnessjoni mar-reġjun ta’ Bruxelles-Capitale, l-Artikolu 2(7) sa (9) u (11), l-Artikolu 4(5) kif ukoll l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/61, u billi lanqas, a fortiori, ma kkomunika lill-Kummissjoni tali miżuri ta’ traspożizzjoni, ir-Renju tal-Belġju ppersista parzjalment fin-nuqqas tiegħu.

3)

F’każ li n-nuqqas ikkonstatat fil-punt 2 ikun għadu jippersisti fid-data tal-għoti tas-sentenza odjerna, ir-Renju tal-Belġju jkun ikkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea, minn dik id-data u sat-tmiem ta’ dan in-nuqqas, pagament ta’ penalità ta’ EUR 5 000 kuljum.

4)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.

5)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Rumanija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 374, 6.11.2017


Top