EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0530

Kawża C-530/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018 – Mykola Yanovych Azarov vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Listi ta’ persuni entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffirżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent — Deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz — Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li din id-deċiżjoni ttieħdet fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

ĠU C 65, 18.2.2019, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018 – Mykola Yanovych Azarov vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-530/17 P) (1)

((Appell - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Listi ta’ persuni entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffirżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent - Deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz - Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li din id-deċiżjoni ttieħdet fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva))

(2019/C 65/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Mykola Yanovych Azarov (rappreżentanti: A. Egger u G. Lansky, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u F. Naert, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Lulju 2017, Azarov vs Il-Kunsill (T-215/15, EU:T:2017:479), hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal-5 ta’ Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna u r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 tal-5 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil Mykola Yanovych Azarov.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti kemm fil-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll ta’ dan l-appell.


(1)  ĠU C 374, 06.11.2017.


Top