EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0397

Kawżi magħquda C-397/17 u C-398/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-12 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige Rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – Profit Europe NV vs Belgische Staat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KEE) Nru 2658/87 — Unjoni doganali u tariffa doganali komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Subintestaturi 7307 11 10, 7307 19 10 u 7307 19 90 — Aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet minn forma, magħmula mill-ħadid fondut tal-grafit sferojdali)

ĠU C 319, 10.9.2018, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-12 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige Rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – Profit Europe NV vs Belgische Staat

(Kawżi magħquda C-397/17 u C-398/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Subintestaturi 7307 11 10, 7307 19 10 u 7307 19 90 - Aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet minn forma, magħmula mill-ħadid fondut tal-grafit sferojdali))

(2018/C 319/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Nederlandstalige Rechtbank van eerste aanleg Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Profit Europe NV

Konvenuta: Belgische Staat

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet minn forma, magħmula mill-ħadid fondut tal-grafit sferojdali, għandhom jiġu kklassifikati fis-subintestatura 7307 19 90 tagħha.


(1)  ĠU C 300, 11.9.2017


Top