EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0150

Kawża C-150/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018 – L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea vs Kendrion NV, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Rikors għad-danni — It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE — Tul eċċessiv tal-proċedura fil-kuntest ta’ kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — Kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti — Dannu materjali — Spejjeż ta’ garanzija bankarja — Rabta kawżali — Interessi moratorji — Dannu immaterjali)

ĠU C 65, 18.2.2019, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018 – L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea vs Kendrion NV, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-150/17 P) (1)

((Appell - Rikors għad-danni - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE - Tul eċċessiv tal-proċedura fil-kuntest ta’ kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti - Dannu materjali - Spejjeż ta’ garanzija bankarja - Rabta kawżali - Interessi moratorji - Dannu immaterjali))

(2019/C 65/03)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram u E. Beysen, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Kendrion NV (rappreżentanti: Y. de Vries, T. Ottervanger u E. Besselink, advocaten), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes, S. Noë u F. Erlbacher, aġenti)

Dispożittiv

1)

Il-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-1 ta’ Frar 2017, Kendrion vs L-Unjoni Ewropea (T-479/14, EU:T:2017:48), huwa annullat.

2)

L-appell inċidentali ppreżentat minn Kendrion NV huwa miċħud.

3)

Ir-rikors għad-danni ppreżentat minn Kendrion NV, sa fejn huwa intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu materjali li jikkonsisti fil-ħlas ta’ spejjeż ta’ garanzija bankarja lil hinn mit-terminu raġonevoli għall-għoti ta’ sentenza fil-kuntest tal-kawża li tat lok għas-sentenza tas-16 ta’ Novembru 2011, Kendrion vs Il-Kummissjoni (T-54/06, mhux ippubblikata, EU:T:2011:667), huwa miċħud.

4)

Kendrion NV għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk kollha sostnuti mill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-kuntest ta’ dan l-appell, kif ukoll l-ispejjeż rispettivi tagħha fl-ewwel istanza.

5)

L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha sostnuti fl-ewwel istanza.

6)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kemm fil-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest ta’ dan l-appell.


(1)  ĠU C 161, 22.5.2017.


Top