Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0642

    Kawża T-642/16: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2016 – Iame vs EUIPO – Industrie Aeronautiche Reggiane (Parilla)

    ĠU C 392, 24.10.2016, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 392/50


    Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2016 – Iame vs EUIPO – Industrie Aeronautiche Reggiane (Parilla)

    (Kawża T-642/16)

    (2016/C 392/65)

    Lingwa tar-rikors: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Iame SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Mostardini, G. Galimberti, F. Mellucci, R. Kakkar, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Industrie Aeronautiche Reggiane Srl (Reggio Emilia, l-Italja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “Parilla” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 065 182

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 608/2015-1

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata minħabba ksur tal-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn din id-deċiżjoni ċaħdet l-appell R0608/2015-1 u kkonfermat ir-revoka minħabba nuqqas ta’ użu tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Parilla” Nru 3065182, li IAME S.p.A. hija l-proprjetarja tagħha għall-prodotti u servizzi kollha fil-klassijiet 7 u 41;

    u konsegwentement:

    tiċħad it-talba għal revoka, li tinsab fl-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 207/2009, tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Parilla” Nru 3065182, li IAME S.p.A. hija l-proprjetarja tagħha għall-prodotti u servizzi kollha fil-klassijiet 7 u 41;

    taħt kull riżerva li sussegwentement tippreżenta argumenti u tipproduċi provi fit-termini previsti;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top