Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0462

    Kawża T-462/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2016 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 392, 24.10.2016, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 392/43


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2016 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-462/16)

    (2016/C 392/57)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, P. Estêvão u J. Saraiva de Almeida, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 3753, tal-20 ta’ Ġunju 2016, innotifikata fil-21 ta’ Ġunju 2016, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), fil-parti fejn, minħabba r-raġuni ta’ “Nuqqas fil-konsolidazzjoni”, teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-ammont ta’ EUR 29 957 339,70 fir-rigward tal-ispejjeż iddikjarati mir-Repubblika Portugiża fil-kuntest tal-għajnuna marnuta ma’ żoni, għas-snin finanzjarji 2013 u 2014;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi li l-Kummissjoni wettqet billi rrikonoxxiet l-implementazzjoni ta’ programm ta’ żvilupp pubbliku sabiex taġġorna d-drittijiet konformement mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU 2009 L 30, p. 16), iżda pproċediet, a posteriori, sabiex tirrifjuta l-finanzjament tal-ispejjeż li kellu jsir abbażi tal-aġġustament tad-drittijiet li kien ġie propost lilha.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 34, 36 u 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2005, L 209, p. 1) u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


    Top