Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0442

    Kawża T-442/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2016 – Šroubárna Ždánice vs Il-Kunsill

    ĠU C 392, 24.10.2016, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 392/42


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2016 – Šroubárna Ždánice vs Il-Kunsill

    (Kawża T-442/16)

    (2016/C 392/55)

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Partijiet

    Rikorrenti: Šroubárna Ždánice a.s. (Kyjov, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Osladil, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tikkonstata li l-Unjoni Ewropea għandha tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ CZK 75 502 534 bħala kumpens għad-danni;

    tikkundanna lill-Unjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, li jallega li l-kundizzjonijiet kollha li jwasslu għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea taħt l-Artikolu 268 TFUE, flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, ġew issodisfatti:

    bl-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti rabbata tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li sussegwentement ġew estiżi għall-importazjonijiet mill-Malażja, l-Unjoni Ewropea kisret l-obbligi tagħha taħt is-sħubija tad-WTO, imniżżla speċifikament fil-ftehim anti-dumping;

    il-ksur tal-ftehim anti-dumping wassal għal ksur tal-Artikolu 216(2) TFUE;

    bħala riżultat tal-azzjoni illegali tal-Unjoni Ewropea, ir-rikorrenti ġarrbet danni għall-ammont ta’ CZK 75 502 534;

    kien hemm ness kawżali bejn l-ammont tad-danni u l-aġir illegali tal-Unjoni Ewropea.


    Top