Válassza ki azokat a kísérleti funkciókat, amelyeket ki szeretne próbálni

Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.

Dokumentum 62016TN0387

Kawża T-387/16: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2016 – Terna vs Il-Kummissjoni

ĠU C 326, 5.9.2016., 31—31. o. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/31


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2016 – Terna vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-387/16)

(2016/C 326/54)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Terna – Rete elettrica nazionale SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Police, L. Di Via, F. Degni, F. Covone, D. Carria, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

prinċipalment tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea – Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport (Direttorat Ġenerali għall-Enerġija – SRD.3 – Financial management), Nru ta’ referenza ENER/SRD.3/JCM/cID(2016)2952913, tat-23 ta’ Mejju 2016, li sempliċement tikkonferma l-miżura preċedenti Move.srd.3.dir(2015)2669621, tas-6 ta’ Lulju 2015, kif ukoll il-miżura tal-Kummissjoni Ewropea – Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport (Direttorat Ġenerali għall-Enerġija – SRD.3 – Financial management), Nru ta’ referenza SRD.3/JCM/cl/D(2016)4477388), tal-14 ta’ Ġunju 2016, li permezz tagħha tiġi kkomunikata d-Debit Note Nru 3241608548 li tordna l-ħlas ta’ EUR 494 871,39 sat-28 ta’ Lulju 2016, u bħala riżultat tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea — Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport (Direttorat Ġenerali għall-Enerġija – SRD.3 – Financial management), Nru ta’ referenza Move.srd.3.dir(2015)2669621, tas-6 ta’ Lulju 2015, sa fejn jiġi eskluż ir-rimbors tal-ispejjeż sostnuti minn Terna fir-rigward tal-Proġetti Nru 2009-E255/09-ENER/09-TEN-E-564583 u Nru 2007-E221/07/2007-TREN/07/TEN-E-S07.91403 u jiġi stabbilit l-obbligu ta’ ħlas lura tal-ammonti rikonoxxuti fir-rigward tal-imsemmija proġetti, sa fejn indikat fit-tabella annessa mal-miżura kkontestata;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea – Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport, Nru ta’ referenza ENER/SRD.3/JCM/cID (2016)2952913, tat-23 ta’ Mejju 2016, flimkien mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea – Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport, Nru ta’ referenza Move.srd3.dir(2015)2669621, tas-6 ta’ Lulju 2015, sa fejn ma tnaqqasx ir-rimbors tal-ispejjeż sostnuti minn Terna fir-rigward tal-proġetti Nru 2009-E255/09-ENER/09-TEN-E-SI2.564583 u Nru 2007-E221/07/2007-TREN/07/TEN-E-S07.91.403, fil-proporzjon korrispondenti mal-profitti magħmula minn CESI.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-miżuri kkontestati f’din il-kawża sempliċement jikkonfermaw id-determinazzjonijiet preċedenti magħmula mill-Kummissjoni, li diġa ġew ikkontestati fil-ħin mir-rikorrenti b’azzjoni pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-544/15.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati f’dik il-kawża.


Az oldal tetejére