EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0365
Case T-365/16: Action brought on 8 July 2016 — Portigon v SRB
Kawża T-365/16: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2016 – Portigon vs SRB
Kawża T-365/16: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2016 – Portigon vs SRB
ĠU C 343, 19.9.2016, p. 38–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 343/38 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2016 – Portigon vs SRB
(Kawża T-365/16)
(2016/C 343/52)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Portigon AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Bliesener u V. Jungkind, avukati)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tal-konvenut li fuqhom huma bbażati l-avviżi ta’ rkupru tal-Bundesanstalt für Finanzmarktstabilisierung (aġenzija federali għall-istabbilizzazzjoni tas-suq finanzjarju), bid-data tat-22 ta’ April 2016 (Protokoll Nru 2208101-2016-JB) u tal-10 ta’ Ġunju 2016 (Protokoll Nru 2208102-2016-JB2), dwar il-kontribuzzjonijiet annwali għall-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni għas-sena 2016 imħallsa mir-rikorrenti; |
— |
tordna lill-konvenut jippreżenta d-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt 1; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq seba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (1) moqrija flimkien mal-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/81 (2) moqri flimkien mal-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE (3)
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 16 u 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) Id-deċiżjonijiet jiksru l-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza, fid-dawl tas-sitwazzjoni partikolari tar-rikorrenti b’paragun ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu oħra marbuta li jħallsu l-kontribuzzjonijiet. Barra minn hekk, dawn jaffettwaw b’mod sproporzjonat il-libertà ta’ intrapriża tar-rikorrenti. |
3. |
It-tielet motiv, imressaq sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 moqrija flimkien mal-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/81 moqri flimkien mal-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE. Fil-kuntest tal-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet, il-konvenut wettaq żball meta naqas milli jeskludi mill-passiv rilevanti għall-finijiet tal-irkupru tal-kontribuzzjonijiet l-attivitajiet fiduċjarji tar-rikorrenti li ġew iddikjarati iżda li huma mingħajr riskju. |
4. |
Ir-raba’ motiv, imressaq sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 70(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, moqri flimkien mal-Artikolu 5(3) u (4) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 2015/63 Fil-kuntest tal-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet, il-konvenut wettaq żball meta kkalkola, fir-rigward tal-kuntratti dderivati tar-rikorrenti, evalwazzjoni gross u mhux evalwazzjoni nett li tirrifletti r-riskju. |
5. |
Il-ħames motiv, imressaq sussidjarjament, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 70(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 moqri flimkien mal-Artikolu 6(8)(a) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 2015/63 Fil-kuntest tal-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet, il-konvenut wettaq żball meta qies lir-rikorrenti bħala istituzzjoni f’fażi ta’ ristrutturazzjoni. L-indikatur ta’ riskju fis-sens tal-Artikolu 6(5)(c) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 2015/63 kellu jassumi l-valur minimu. |
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41(1) u (2)(a) tal-Karta, peress li l-konvenut kellu l-ewwel jisma’ lir-rikorrenti qabel ma jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu. |
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41(1) u (2)(ċ) tal-Karta, peress li l-konvenut ma mmotivax suffiċjentement id-deċiżjonijiet tiegħu. |
(1) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- 15 ta’ Lulju 2014, li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, p. 1).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81, tad-19 ta’ Diċembru 2014, li jispeċifika kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 15, p. 1).
(3) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 173, p. 190).
(4) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63, tal-21 ta’ Ottubru 2014, li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44).