EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0316

Kawża T-316/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2016 — Moravia Consulting vs EUIPO — Citizen Systems Europe (SDC-554S)

ĠU C 287, 8.8.2016, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/30


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2016 — Moravia Consulting vs EUIPO — Citizen Systems Europe (SDC-554S)

(Kawża T-316/16)

(2016/C 287/36)

Lingwa tar-rikors: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Moravia Consulting spol. s.r.o. (Brno, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Kyjovský, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Citizen Systems Europe GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “SDC-554S” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 780 581

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ April 2016, fil-Każ R 1575/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95.


Top