This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0313
Case T-313/16: Action brought on 21 June 2016 — Grupo Riberebro Integral and Riberebro Integral v Commission
Kawża T-313/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2016 – Grupo Riberebro Integral u Riberebro Integral vs Il-Kummissjoni
Kawża T-313/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2016 – Grupo Riberebro Integral u Riberebro Integral vs Il-Kummissjoni
ĠU C 287, 8.8.2016, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/28 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2016 – Grupo Riberebro Integral u Riberebro Integral vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-313/16)
(2016/C 287/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Grupo Riberebro Integral, SL (Alfaro, Spanja) u Riberebro Integral, SA (Alfaro, Spanja) (rappreżentanti: R. Allendesalazar Corcho u A. Rincón García-Loygorri, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2016) 1933 finali, tas-6 ta’ April 2016, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, fil-Każ AT.39965 – Mushrooms, fir-rigward tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti, peress li huwa vvizzjat bi żball manifest ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-fatti li għalihom irrifjutat li tagħti l-inkapaċità ta’ ħlas (inability to pay) lir-rikorrenti. |
— |
sussidjarjament, skont il-ġurisdizzjoni sħiħa mogħtija lilha mill-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 abbażi tal-Artikolu 261 TFUE, temenda l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni Ewropea C (2016) 1933 finali, tas-6 ta’ April 2016, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, fil-Każ AT.39965 – Mushrooms, u tnaqqas is-sanzjoni imposta fuq Riberebro. |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Din il-proċedura hija bbażata fuq it-talba għal klemenza ppreżentata minn impriża speċifika lill-Kummissjoni Ewropea, dwar il-parteċipazzjoni tagħha f’akkordju fis-settur tal-faqqiegħ ippreżervat. Skont it-test tad-deċiżjoni nnifisha, dan l-akkordju kien intiż li jistabbilizza s-suq tal-faqqiegħ u jwaqqaf il-waqgħa tal-prezzijiet f’dan is-suq.
Ir-rikorrenti la jikkontestaw il-fatti u lanqas il-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti, li diġà rrikonoxxew meta kkooperaw fil-proċedura ta’ klemenza u fir-risposta tagħhom għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, li fiha allegaw li qed jirrikonoxxu d-deskrizzjoni u l-evalwazzjoni ġuridika magħmula tal-fatti. F’dan ir-rikors qed tiġi kkontestata l-evalwazjoni u l-proporzjonalità tal-multa imposta.
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni.
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
|