Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0211

    Kawża T-211/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2016 – Caviro Distillerie et vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 260, 18.7.2016, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/41


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2016 – Caviro Distillerie et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-211/16)

    (2016/C 260/52)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Caviro Distillerie Srl (Faenza, l-Italja), Distillerie Bonollo SpA (Formigine, l-Italja), Distillerie Mazzari SpA (Sant’Agata sul Santerion, l-Italja), Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA (Borgoricco, l-Italja) (rappreżentanti: R. MacLean, Solicitor, u A. Bochon, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tiddikjara r-rikors ammissibbli;

    tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/176, tad-9 ta’ Frar 2016, li ttemm il-proċedura antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li huwa prodott minn Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co. Ltd, minħabba żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi li jivvizzjaw il-miżura u ksur tal-Artikoli 3(2), 3(3), 3(5) u 17(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat- 30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea;

    tikkundanna lill-konvenuta u lill-intervenjenti eventwali jħallsu l-ispejjeż legali tar-rikorrenti u l-ispejjeż tal-proċedura.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata minħabba li l-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti meta hija għażlet kampjun mhux rappreżentattiv ta’ produtturi tal-UE sabiex tevalwa d-dannu u b’dan il-mod kisret ukoll l-Artikoli 3(2), 3(3), 3(5) u 17(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea billi assumiet, b’mod żbaljat, li l-kriterju tal-ikbar volumi ta’ bejgħ tal-UE jekwivali għal fatt li l-kampjun huwa rappreżentattiv biżżejjed.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata minħabba li l-konvenuta wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-fatti meta evalwat l-effett tal-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta’ dumping fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-UE u b’dan il-mod kisret ukoll l-Artikoli 3(2), 3(3), 3(5) u 17(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.


    Top