EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0188

Kawża T-188/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2016 – repowermap vs EUIPO - Repower (REPOWER)

ĠU C 222, 20.6.2016, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/29


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2016 – repowermap vs EUIPO - Repower (REPOWER)

(Kawża T-188/16)

(2016/C 222/37)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: repowermap.org (Berne, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. González Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjeta’ Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Repower AG (Brusio, l-Iżvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “REPOWER” - Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 020 351

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 2311/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla t-trade mark ikkontestata għas-servizzi u għall-prodotti kollha li ma ġewx annullati mid-deċiżjoni kkontestata, minbarra l-ippakkjar u l-ħażna tal-merkanzija (Klassi 39); organizzazzjoni ta’ vjaġġi (Klassi 39); apparat għat-tifi tan-nar (Klassi 9);

tikkundanna lill-EUIPO u lil Repower AG għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


Top