This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0084
Case T-84/16: Action brought on 18 February 2016 — Banca Monte dei Paschi di Siena et Banca Widiba v EUIPO — ING-DIBa (widiba)
Kawża T-84/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 – Banca Monte dei Paschi di Siena u Banca Widiba vs EUIPO – ING-DIBa (widiba)
Kawża T-84/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 – Banca Monte dei Paschi di Siena u Banca Widiba vs EUIPO – ING-DIBa (widiba)
ĠU C 211, 13.6.2016, p. 53–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/53 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 – Banca Monte dei Paschi di Siena u Banca Widiba vs EUIPO – ING-DIBa (widiba)
(Kawża T-84/16)
(2016/C 211/67)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Banca Monte dei Paschi di Siena SpA (Siena, l-Italja), Wise Dialog Bank SpA (Banca Widiba SpA) (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: L. Trevisan u D. Contini, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ING-DIBa AG (Frankfurt am Main, Il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikanti għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “widiba” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 192 415
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2015 fil-Każijiet R 113/2015-2 u R 174/2015-2
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija ċaħdet it-talba ta’ restitutio in integrum u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell |
Fil-każ ta’ ċaħda tal-ewwel talba hawn fuq,
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata inkwistjoni sa fejn hija kkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li ċaħdet l-Applikazzjoni għal trade mark Nru 12 192 415 għal ċerti prodotti u servizzi u tiddikjara li l-Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 192 415 tista’ tiġi rreġistrata għal dawn il-prodotti u servizzi jew, sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO sabiex dan jadotta l-miżuri neċessarji; |
F’kull każ,
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata inkwistjoni sa fejn hija kkonfermat l-appell ta’ ING-DIBa dwar il-karti ta’ kreditu u tiddikjara li l-Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 192 415 tista’ tiġi rreġistrata għal dawn il-prodotti jew, sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO sabiex dan jadotta l-miżuri neċessarji; |
F’kull każ,
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll għall-ispejjeż u għall-onorarji sostnuti mill-Banca Monte dei Paschi di Siena SpA u mill-Wise Dialog Bank SpA għall-finijiet ta’ din il-proċedura u tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikoli 81(1) u 60 tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |