This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0043
Case T-43/16: Action brought on 29 January 2016 — 1&1 Telecom v Commission
Kawża T-43/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2016 – 1&1 Telecom vs Il-Kummissjoni
Kawża T-43/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2016 – 1&1 Telecom vs Il-Kummissjoni
ĠU C 106, 21.3.2016, p. 44–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 106/44 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2016 – 1&1 Telecom vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-43/16)
(2016/C 106/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: 1&1 Telecom GmbH (Montabaur, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Murach, lawyer u P. Alexiadis, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta’ Novembru 2015, adottata mid-direttur ġenerali tal-kompetizzjoni, marbuta mal-implementazzjoni ta’ miżuri korrettivi mhux-ORM fil-Każ COMP/M.7018 – Telefónica Deutschland/E-Plus (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni ta’ konċentrazzjoni”) li ddikjarat l-ittra ta’ impenn volontarju b’mod konformi mal-impenji definittivi u mad-dritt tal-Unjoni; |
— |
tordna li l-Kummissjoni teżiġi li Telefónica Deutschland tipproduċi ittra ġdida ta’ impenn volontarju li tkun strettament limitata għall-obbligu li huwa impost fuqha skont il-punt 78 tal-impenji definittivi approvati mid-deċiżjoni ta’ konċentrazzjoni; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti, skont l-Artikolu 87 tal-verżjoni kkonsolidata tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
Fil-kuntest tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li billi adottat id-deċiżjoni, il-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ liġi peress li la t-Trattati, la r-regolament tal-Unjoni Ewropea dwar il-konċentrazzjonijiet, la d-deċiżjoni ta’ konċentrazzjoni u lanqas l-impenji definittivi ma jippermettu l-klawżola 2.3 tal-ittra ta’ impenn volontarju kif aċċettata mid-deċiżjoni. |
2. |
Fil-kuntest tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li billi adottat id-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni wettqet abbuż ta’ poter billi ħadet kont ta’ kunsiderazzjonijiet estranji għall-kompetizzjoni, bi ksur tat-Trattati, tar-Regolament dwar il-konċentrazzjonijiet u tad-deċiżjoni ta’ konċentrazzjoni. |