This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0017
Case T-17/16: Action brought on 19 July 2016 — Ms v Commission
Kawża T-17/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2016 – MS vs Il-Kummissjoni
Kawża T-17/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2016 – MS vs Il-Kummissjoni
ĠU C 326, 5.9.2016, p. 29–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/29 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2016 – MS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-17/16)
(2016/C 326/51)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: MS (Castries, Franza) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat; |
konsegwentement:
— |
tirrikonoxxi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni Ewropea abbażi tal-Artikolu 268 u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE; |
— |
tordna l-produzzjoni tad-dokumenti ddikjarati kunfidenzjali mill-Kummissjoni u li jikkostitwixxu s-sostenn meħtieġ mid-deċiżjoni ta’ tkeċċija; |
— |
tordna l-kumpens għad-dannu morali li jirriżulta mill-aġir illegali tal-Kummissjoni, evalwat ex aequo et bono għal EUR 20 000; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tippubblika ittra ta’ apoloġija lir-rikorrent u li tintegrah fi ħdan Team Europe; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq illegalitajiet imwettqa mill-Kummissjoni li jikkostitwixxu ksur serju ta’ dispożizzjoni legali li għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi li jinvolvu r-responsabbiltà extrakuntrattwali tal-Kummissjoni. Fl-ewwel lok, ir-rikorrent iqis li l-Kummissjoni ma kinitx infurmatu regolarment dwar l-allegazzjonijiet u l-provi mressqa kontrih u ma tagħtux l-opportunità li jagħmel b’mod utli l-osservazzjonijiet tiegħu fuqhom qabel ma ġiet adottata d-deċiżjoni ta’ tkeċċija, bi ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipji ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba, tar-rispett għad-drittijiet tad-difiża u tal-Artikolu 16 tal-Kodiċi Ewropew ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba. Fit-tieni lok, il-Kummissjoni ma eżaminatx b’attenzjoni u b’imparzjalità il-provi rilevanti kollha tal-każ qabel ma ddeċidiet dwar it-tkeċċija tar-rikorrent min-netwerk Team Europe, bi ksur tal-prinċipju ta’ diliġenza stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta u tal-Artikoli 8, 9 u 11 tal-Kodiċi. Meta għamlet dan, il-Kummissjoni kisret ukoll il-preżunzjoni tal-innoċenza tar-rikorrent stabbilit fl-Artikolu 48 tal-Karta. Fit-tielet lok, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni ma kinitx immotivat b’mod regolari d-deċiżjoni tagħha, u indikat allegazzjonijiet vagi u, barra minn hekk, ineżatti, bi ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta u l-Artikolu 18 tal-Kodiċi. Fl-aħħar lok, id-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni kienet manifestament infondata u sproporzjonata fiċ-ċirkustanzi tal-każ. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq id-dannu reali u ċert li r-rikorrent issubixxa li ġej mill-aġir ikkritikat tal-Kummissjoni, li jikkontesta l-integrità morali u professjonali tar-rikorrent. |