Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0890

    Kawża T-890/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Għajnuna mil-Istat — Finanzjament pubbliku tal-Fehmarn Belt Fixed Link Project — Għajnuna individwali — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att purament konfermattiv — Att preparatorju — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 65, 18.2.2019, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/34


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-890/16) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Għajnuna mil-Istat - Finanzjament pubbliku tal-Fehmarn Belt Fixed Link Project - Għajnuna individwali - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att purament konfermattiv - Att preparatorju - Inammissibbiltà”))

    (2019/C 65/43)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Scandlines Danmark ApS (Copenhagen, id-Danimarka) u Scandlines Deutschland GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati u S. Noë, aġenti)

    Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Thorning, sussegwentement J. Nymann-Lindegren, aġenti, assistiti minn R. Holdgaard, avukat)

    Suġġett

    Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mid-Danimarka għall-finanzjament tal-Fehmarn Belt Fixed Link Project.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Scandlines Danmark ApS u Scandlines Deutschland GmbH għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


    (1)  ĠU C 63, 27.2.2017.


    Top