Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0855

    Kawża T-855/16 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2017 – Fertisac vs ECHA (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — REACH — Tariffa dovuta għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza — Tnaqqis mogħti lil impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju — Deċiżjoni li timponi imposta amministrattiva u tariffa supplementari — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”)

    ĠU C 144, 8.5.2017, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 144/47


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2017 – Fertisac vs ECHA

    (Kawża T-855/16 R)

    ((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - REACH - Tariffa dovuta għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza - Tnaqqis mogħti lil impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju - Deċiżjoni li timponi imposta amministrattiva u tariffa supplementari - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

    (2017/C 144/65)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Fertisac, SL (Atarfe, Spanja) (rappreżentant: J. Gomez Rodriguez, avukat)

    Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: E. Maurage, J. P. Trnka u M. Heikkilä, aġenti, assistiti minn C. Molyneux, avukat)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni SME (2016) 5150, tal-15 ta’ Novembru 2016, li tikkonkludi li r-rikorrenti ma setgħetx tibbenefika minn tnaqqis tat-tariffi applikabbli għall-impriżi medji, u tal-fatturi maħruġa abbażi tal-imsemmija deċiżjoni, jiġifieri l-fatturi tal-ECHA Nru 10060160 u Nru 10060161, tal-15 ta’ Novembru 2016.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top