EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0716

Kawża T-716/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – Pfizer u Pfizer santé familiale vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Unjoni doganali — Tariffa doganali komuni — Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika — Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Maqgħuda — Subintestaturi tariffarji — Dazji doganali applikabbli għall-merkanzija kklassifikata f’dawn is-subintestaturi tariffarji — Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà”)

ĠU C 293, 4.9.2017, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – Pfizer u Pfizer santé familiale vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-716/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika - Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Maqgħuda - Subintestaturi tariffarji - Dazji doganali applikabbli għall-merkanzija kklassifikata f’dawn is-subintestaturi tariffarji - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”))

(2017/C 293/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pfizer Ltd (Sandwich, ir-Renju Unit) u Pfizer Santé familiale (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: L. Catrain González, avukat, u E. Wright, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros u K. Skelly, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1140, tat-8 ta’ Lulju 2016, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU 2016, L 189, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Pfizer Ltd u Pfizer Santé familiale huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 462, 12.12.2016.


Top