This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TA0781
Case T-781/16: Judgment of the General Court of 9 June 2021 — Puma and Others v Commission (Dumping — Imports of footwear with uppers of leather originating in China and Vietnam — Implementation of the judgment of the Court of Justice in Joined Cases C-659/13 and C-34/14 — Reimposition of a definitive anti-dumping duty and definitive collection of the provisional duty — Resumption of the proceeding which preceded the regulations declared invalid — Market economy treatment (MET) — Individual treatment (IT) — Desk analysis — Absence of a verification visit or a request for additional information — Non-reimbursement of anti-dumping duties — Legal basis — Legal certainty — Legitimate expectations — Non-retroactivity — Proportionality — Misuse of powers — Non-discrimination — Previous decision-making practice)
Kawża T-781/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2021 – Puma et vs Il-Kummissjoni (“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Vjetnam – Eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 – Impożizzjoni mill-ġdid tad-dazju antidumping definittiv u ġbir definittiv tad-dazju provviżorju – Tkomplija tal-proċedura li ppreċediet ir-regolamenti ddikkjarati invalidi – Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq – Trattament individwali – Analiżi dokumentarja – Assenza ta’ talba għal informazzjoni addizzjonali u għal żjara ta’ verifika – Nuqqas ta’ rimbors tad-dazji antidumping – Bażi legali – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Nuqqas ta’ retroattività – Proporzjonalità – Użu ħażin ta’ poter – Nondiskriminazzjoni – Prassi deċiżjonali preċedenti”)
Kawża T-781/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2021 – Puma et vs Il-Kummissjoni (“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Vjetnam – Eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 – Impożizzjoni mill-ġdid tad-dazju antidumping definittiv u ġbir definittiv tad-dazju provviżorju – Tkomplija tal-proċedura li ppreċediet ir-regolamenti ddikkjarati invalidi – Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq – Trattament individwali – Analiżi dokumentarja – Assenza ta’ talba għal informazzjoni addizzjonali u għal żjara ta’ verifika – Nuqqas ta’ rimbors tad-dazji antidumping – Bażi legali – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Nuqqas ta’ retroattività – Proporzjonalità – Użu ħażin ta’ poter – Nondiskriminazzjoni – Prassi deċiżjonali preċedenti”)
ĠU C 297, 26.7.2021, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 297/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2021 – Puma et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-781/16) (1)
(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Vjetnam - Eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 - Impożizzjoni mill-ġdid tad-dazju antidumping definittiv u ġbir definittiv tad-dazju provviżorju - Tkomplija tal-proċedura li ppreċediet ir-regolamenti ddikkjarati invalidi - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Trattament individwali - Analiżi dokumentarja - Assenza ta’ talba għal informazzjoni addizzjonali u għal żjara ta’ verifika - Nuqqas ta’ rimbors tad-dazji antidumping - Bażi legali - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Nuqqas ta’ retroattività - Proporzjonalità - Użu ħażin ta’ poter - Nondiskriminazzjoni - Prassi deċiżjonali preċedenti”)
(2021/C 297/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) u 8 rikorrenti oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: E. Vermulst u J. Cornelis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati u T. Maxian Rusche, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tar- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395 tat-18 ta’ Awwissu 2016 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u magħmula minn Buckinghan Shoe Mfg Co., Ltd, Buildyet Shoes Mfg., DongGuan Elegant Top Shoes Co. Ltd, Dongguan Stella Footwear Co Ltd, Dongguan Taiway Sports Goods Limited, Foshan City Nanhai Qun Rui Footwear Co., Jianle Footwear Industrial, Sihui Kingo Rubber Shoes Factory, Synfort Shoes Co. Ltd, Taicang Kotoni Shoes Co. Ltd, Wei Hao Shoe Co. Ltd, Wei Hua Shoe Co. Ltd, Win Profile Industries Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2016, L 225, p. 52), it-tieni nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1647 tat-13 ta’ Settembru 2016 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fil-Vjetnam u li huma prodotti minn Best Royal Co. Ltd, Lac Cuong Footwear Co., Ltd, Lac Ty Co., Ltd, Saoviet Joint Stock Company (Megastar Joint Stock Company), VMC Royal Co. Ltd, Freetrend Industrial Ltd u l-kumpanija relatata magħha Freetrend Industrial A (Vietnam) Co., Ltd, Fulgent Sun Footwear Co., Ltd, General Shoes Ltd, Golden Star Co., Ltd, Golden Top Company Co., Ltd, Kingmaker Footwear Co. Ltd, Tripos Enterprise Inc., Vietnam Shoe Majesty Co., Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2016, L 245, p. 16), u, it-tielet nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1731 tat-28 ta’ Settembru 2016 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u ffabbrikati minn General Footwear Ltd (iċ-Ċina), Diamond Vietnam Co Ltd u TY Hung Footgearmex/Footwear Co. Ltd u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2016, L 262, p. 4).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Puma SE u r-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż. |