Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0583

    Kawża T-583/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2017 – PG vs Frontex (“Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat — Proċedura ta’ tiġdid — Artikolu 266 TFUE — Dmir ta’ premura — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

    ĠU C 221, 10.7.2017, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 221/25


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2017 – PG vs Frontex

    (Kawża T-583/16)

    ((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Proċedura ta’ tiġdid - Artikolu 266 TFUE - Dmir ta’ premura - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

    (2017/C 221/34)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: PG (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

    Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) (rappreżentanti: H. Caniard u S. Drew, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-awtorità responsabbli għall-konklużjoni tal-kuntratti ta’ impjieg ta’ Frontex, tad-9 ta’ Ġunju 2015, li ma ġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament sostna.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    PG huwa kkunannat għall-ispejjeż.


    Top