Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0331

    Kawża T-331/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Hello Malta Group vs EUIPO – Hola (
    hello media group) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea
    hello media group — Trade marks figurattivi u trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HELLO! — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]

    ĠU C 424, 11.12.2017, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.12.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 424/31


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Hello Malta Group vs EUIPO – Hola (#hello media group)

    (Kawża T-331/16) (1)

    ([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea #hello media group - Trade marks figurattivi u trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HELLO! - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

    (2017/C 424/44)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Hello Media Group, SL (Madrid, Spanja), awtorizzata tissostitwixxi lil Hello Media, SL (rappreżentant: A. Alejos Cutuli, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hola, SL (Madrid) (rappreżentant: F. Arroyo Álvarez de Toledo, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ April 2016 (Każ R 2012/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hola u Hello Media.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Hello Media Group, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


    Top