EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0236

Kawża T-236/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 22 ta’ Ġunju 2017 – Biogena Naturprodukte vs EUIPO (ZUM wohl) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ZUM wohl — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009 — Riferiment għan-nota ppreżentata quddiem il-Bord tal-Appell riprodotta fir-rikors — Provi annessi mat-talba għal seduta għas-sottomissjonijiet orali”]

ĠU C 256, 7.8.2017, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 22 ta’ Ġunju 2017 – Biogena Naturprodukte vs EUIPO (ZUM wohl)

(Kawża T-236/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ZUM wohl - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 - Riferiment għan-nota ppreżentata quddiem il-Bord tal-Appell riprodotta fir-rikors - Provi annessi mat-talba għal seduta għas-sottomissjonijiet orali”])

(2017/C 256/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Biogena Naturprodukte GmbH & Co KG (Salzburg, l-Awstrija) (rappreżentanti: I. Schiffer u G. Hermann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ Frar 2016 (Każ R 1982/2015-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv ZUM wohl bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Biogena Naturprodukte GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 243, 4.7.2016.


Top