Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0235

    Kawża T-235/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2017 – GP Joule PV vs EUIPO – Green Power Technologies (GPTech) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GPTech — Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti GP JOULE — Nuqqas ta’ produzzjoni, quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, tal-provi tal-awtorizzazzjoni sabiex titressaq oppożizzjoni — Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell — Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell — Ċirkustanzi li jipprekludu t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi ġodda jew supplimentari — Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Regola 17(4), Regola 19(2), Regola 20(1) u Regola 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”]

    ĠU C 256, 7.8.2017, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 256/24


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2017 – GP Joule PV vs EUIPO – Green Power Technologies (GPTech)

    (Kawża T-235/16) (1)

    ([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GPTech - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti GP JOULE - Nuqqas ta’ produzzjoni, quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, tal-provi tal-awtorizzazzjoni sabiex titressaq oppożizzjoni - Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Ċirkustanzi li jipprekludu t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi ġodda jew supplimentari - Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 17(4), Regola 19(2), Regola 20(1) u Regola 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”])

    (2017/C 256/26)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: GP Joule PV GmbH & Co. KG (Reußenköge, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Döring, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Green Power Technologies, SL (Bollullos de la Mitación, Spanja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-9 ta’ Frar 2016 (Każ R 848/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn GP Joule PV u Green Power Technologies.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    GP Joule PV GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 279, 1.8.2016.


    Top