EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0089

Kawża T-89/16 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2017 – Clarke et vs EUIPO (“Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien determinat li fih klawżola ta’ xoljiment li ttemm il-kuntratt fil-każ li l-membru tal-persunal ma jkunx inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni sussegwenti — Implementazzjoni tal-klawżola ta’ xoljiment — Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat — Dmir ta’ premura — Aspettattivi leġittimi”)

ĠU C 256, 7.8.2017, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2017 – Clarke et vs EUIPO

(Kawża T-89/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat li fih klawżola ta’ xoljiment li ttemm il-kuntratt fil-każ li l-membru tal-persunal ma jkunx inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni sussegwenti - Implementazzjoni tal-klawżola ta’ xoljiment - Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat - Dmir ta’ premura - Aspettattivi leġittimi”))

(2017/C 256/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Nicole Clarke (Alicante, Spanja), Sigrid Dickmanns, (Gran Alacant, Spanja) u Elisavet Papathanasiou (Alicante) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Appellat: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė, aġent, assistita minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2015, Clarke et vs UASI (F-101/14 sa F-103/14, EU:F:2015:151), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Nicole Clarke, Sigrid Dickmanns u Elisavet Papathanasiou għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk imġarrba mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 145, 25.4.2016.


Top