Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016FN0045

Kawża F-45/16: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs BEI

ĠU C 371, 10.10.2016, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/32


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs BEI

(Kawża F-45/16)

(2016/C 371/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: B. Maréchal, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Talba għal kumpens għad-dannu materjali u morali li r-rikorrent isostni li ġarrab wara li ġie ddikjarat f’invalidità totali permanenti, li huwa jqis li hija kkaġunata mix-xogħol.

Talbiet

jikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu jew għal parti minnu fil-każ li parti mit-telf tkun ġiet irrimborsata mill-assigurazzjoni tal-BEI, AXA Belgium.

danni fir-rigward tal-ksur tad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent, li jammontaw għal EUR 150 000;

rimbors tal-ispejjeż mediċi u psikoloġiċi futuri marbuta ma’ problemi ta’ saħħa żviluppati minħabba l-istress sever sostnut mir-rikorrent, u li ma humiex irrimborsati mill-iskema ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-BEI;

rimbors ta’ spejjeż mediċi u psikoloġiċi sostnuti sal-ġurnata tal-lum marbuta ma’ problemi ta’ saħħa żviluppati minħabba l-istress sever sostnut mir-rikorrent, u li ma humiex irrimborsati mill-iskema ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-BEI;

ħlas lura tal-ispejjeż legali sostnuti mir-rikorrent għal dawn il-proċeduri, li jitla’ għal ammont provviżorju ta’ EUR 30 000.


Top