This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0475
Case C-475/16: Request for a preliminary ruling from the Protodikeio Rethymnis (Greece) lodged on 17 August 2016 — Criminal proceedings against K.
Kawża C-475/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Protodikeio Rethymnis (il-Greċja) fis-17 ta’ Awwissu 2016 – Proċeduri kriminali kontra K
Kawża C-475/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Protodikeio Rethymnis (il-Greċja) fis-17 ta’ Awwissu 2016 – Proċeduri kriminali kontra K
ĠU C 428, 21.11.2016, p. 8–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 428/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Protodikeio Rethymnis (il-Greċja) fis-17 ta’ Awwissu 2016 – Proċeduri kriminali kontra K
(Kawża C-475/16)
(2016/C 428/10)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Protodikeio Rethymnis (Monomeles Plimmeleiodikeio Rethymnis) (Qorti Kriminali tal-ewwel istanza b’membru uniku ta’ Rethymno, il-Greċja)
Parti fil-kawża prinċipali
K
Domandi preliminari
1) |
Skont l-Artikoli 19 TUE u 263, 266 u 267 TFUE kif ukoll il-prinċpju ta’ kooperazzjoni leali (Artikolu 4(3) TUE) li fuq il-bażi tagħhom l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jieħdu l-miżuri kollha ġenerali jew partikolari xierqa sabiex jiġi rrimedjat il-ksur tad-dritt tal-Unjoni u sabiex jikkonformaw mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-validità tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, li għandhom effett erga omnes, l-Istati Membri huma konsegwentement obbligati li jħassru jew jemendaw il-miżura leġiżlattiva li ttrasponiet direttiva annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja peress li hija kontra d-dispożizzjonijiet tat-Trattati jew tal-Karta (jew li tinjorahom), sabiex tiggarantixxi l-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u sabiex tirrimedja għalhekk għall-ksur tat-Trattati u tal-Karta u tipprekludi dan għall-futur? |
2) |
Fir-rigward tad-domanda preċedenti, l-Artikolu 266 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 233 TKE) jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “korp jew [ta’] organu” jinkludi wkoll (skont interpretazzjoni wiesgħa jew b’analoġija) l-Istat Membru li ttraspona fl-ordinament ġuridiku tiegħu direttiva li ġiet annullata minħabba li tikser it-Trattati jew il-Karta jew inkella, f’tali każ, l-Artikolu 260(1) TFUE jista’ jkun is-suġġett ta’ applikazzjoni b’analoġija? |
3) |
Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti hija essenzjalment fl-affermattiv, jiġifieri jekk huwa l-obbligu tal-Istati Membri li jieħdu dawk il-miżuri kollha ġenerali jew partikolari xierqa sabiex jiġi rrimedjat il-ksur tad-dritt primarju tal-Unjoni filwaqt li jħassru u jemendaw il-miżura leġiżlattiva li ttrasponiet direttiva li ġiet annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea minħabba li tikser it-Trattati jew il-Karta, dan l-obbligu jestendi għall-qrati nazzjonali, fis-sens li dawn huma mistennija li ma japplikawx il-miżura leġiżlattiva permezz ta’ liema direttiva annullata ġiet trasposta, f’dan il-każ id-Direttiva 2006/24/KE, tal-inqas dik il-parti tagħha li tikser il-Karta jew it-Trattati, u, konsegwentement, li ma jitqisux il-provi miksuba bis-saħħa ta’ dawn il-miżuri (id-direttiva u l-miżura ta’ traspożizzjoni nazzjonali)? |
4) |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2006/24/KE, annullata bis-sentenza tat-8 ta’ April 2014, Digital Rights Ireland et (C-293/12 u C-594/12, EU:C:2014:238) minħabba li tikser il-Karta, taqa’ taħt, kif meħtieġ mill-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, minħabba s-sempliċi fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2006/24/KE u dan, indipendentement mill-annullament sussegwenti ta’ din id-direttiva mill-Qorti tal-Ġustizzja? |
5) |
Fid-dawl tal-fatt li l-adozzjoni tad-Direttiva 2006/24/KE li kienet ġiet annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja kienet intiża sabiex timplementa, fuq livell tal-Unjoni, abbażi tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, qafas armonizzat fil-qasam taż-żamma ta’ ċerta data mill-fornituri ta’ servizzi għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, skoperta u prosekuzzjoni ta’ reati kriminali sabiex ineħħu l-ostakoli fi ħdan is-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2006/24 taqa’ fil-qafas tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58 u, għaldaqstant, fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, konformement mar-rekwiżiti tal-Artikolu 51(1) tal-Karta? |
6) |
Il-fatt li l-kundanna kriminali possibbli ta’ ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni, bħal f’dan il-każ, neċessarjament twassal għal limitazzjonijiet fl-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ moviment liberu li dan għandu skont id-dritt tal-Unjoni, huwa biżżejjed, għalkemm dawn il-limitazzjonijiet huma ġġustifikati fil-prinċipju, li jiġi kkunsidrat li l-proċeduri kriminali kollha li jikkonċernawh jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, kif meħtieġ mill-Artikolu 51(1) tal-Karta? Jekk ir-risposta għad-domandi preċitati hija, essenzjalment, li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali hija applikabbli, skont l-Artikolu 51(1), għandhom għalhekk isiru d-domandi segwenti: |
7) |
L-aċċess għad-data miżmuma skont id-Direttiva 2006/24 u/jew l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58 u l-użu tagħhom mill-awtoritajiet tal-pulizija matul investigazzjonijiet kriminali f’kawżi ta’ natura urġenti u, b’mod iktar partikolari, f’każ ta’ delitt flagranti, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel ta’ korp ġudizzjarju (jew ta’ entità amministrattiva indipendenti) ibbażata fuq ċirkustanzi sostantivi u proċedurali speċifiċi, huwa kompatibbli mal-Artikoli 7, 8 u 52(1) tal-Karta? |
8) |
Skont l-Artikoli 7, 8 u 52(1) tal-Karta, matul l-investigazzjonijiet kriminali magħmula mill-awtoritajiet tal-pulizija jew minn awtoritajiet oħra li ma humiex esklużivament ġudizzjarji, fil-kuntest ta’ liema huma jitolbu aċċess għal data miżmuma u l-użu tagħha skont id-Direttiva 2006/24 u/jew l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, b’mod partikolari meta l-investigazzjoni ma jkollhiex bħala suġġett il-prevenzjoni, l-iskoperta u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali speċifikament iddefiniti u kklassifikati bħala ta’ natura serja mil-leġiżlatur nazzjonali, il-kunsens possibbli tal-persuna li tirreferi għaliha d-data, jelimina, għall-finijiet ta’ aċċess għal din id-data u l-użu tagħha, ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni minn qabel ta’ qorti (jew ta’ entità amministrattiva indipendenti) ibbażata fuq ċirkustanzi sostantivi u proċedurali speċifiċi, fid-dawl barra minn hekk tal-fatt li d-data mitluba tinkludi wkoll, inevitabbilment, id-data ta’ terz (pereżempju, il-persuna li tagħmel sejħa jew id-destinatarju tagħha)? |
9) |
Awtorizzazzjoni ta’ prosekutur għall-finijiet ta’ aċċess għad-data miżmuma skont id-Direttiva 2006/24 u/jew l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58 fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet kriminali, hija waħedha kompatibbli mal-Artikoli 7, 8 u 52(1) tal-Karta, meta tingħata mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel ta’ qorti (jew ta’ entità amministrattiva indipendenti) ibbażata fuq ċirkustanzi sostantivi u proċedurali speċifiċi, b’mod partikolari meta l-investigazzjoni ma tinkludix il-prevenzjoni, l-iskoperta u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali speċifikament iddefiniti u kklassifikati bħala serji mil-leġiżlatur nazzjonali? |
10) |
Fid-dawl tas-sentenza tat-8 ta’ April 2014, Digital Rights Ireland et (C-293/12 u C-594/12, EU:C:2014:238, punti 60 u 61) u l-kunċett ta’ “reati serji” li jinsab fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/24, dan il-kunċett għandu tifsira awtonoma fid-dritt tal-Unjoni u, jekk fl-affermattiv, x’inhuwa l-kontenut sostantiv tiegħu li abbażi tiegħu għandu jiġi kkunsidrat li reat kriminali speċifiku huwa serju biżżejjed sabiex jiġġustifika l-aċċess għal data miżmuma skont id-Direttiva 2006/24 u l-użu ta’ din id-data? |
11) |
Fid-dawl tas-sentenza tat-8 ta’ April 2014, Digital Rights Ireland et (C-293/12 u C-594/12, EU:C:2014:238, punti 60 u 61) u indipendentement min-natura awtonoma jew le tal-kunċett ta’ “reati serji” li jinsab fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/24, l-Artikoli 7, 8 u 52(1) tal-Karta jistipulaw kriterji ġenerali li abbażi tagħhom reat kriminali speċifiku huwa mequs bħala serju biżżejjed sabiex jiġġustifika l-aċċess għal data miżmuma skont id-Direttiva 2006/24 u/jew l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58 u l-użu ta’ din id-data u, jekk fl-affermattiv, liema huma dawn il-kriterji? |
12) |
Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti hija essenzjalment fl-affermattiv, l-istħarriġ tal-proporzjonalità għandu għalhekk jikkonsisti f’evalwazzjoni tal-karatteristiċi tar-reat li huwa s-suġġett tal-investigazzjoni a) mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea waħedha jew b) mill-qorti nazzjonali, abbażi tal-kriterji ġenerali ddefiniti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea? |
13) |
Fid-dawl tas-sentenza tat-8 ta’ April 2014, Digital Rights Ireland et (C-293/12 u C-594/12, EU:C:2014:238, punti 60 u 61), l-aċċess għal data miżmuma u l-użu tagħha fil-kuntest tal-prosekuzzjonijiet kriminali, skont sistema ġenerali ta’ żamma ta’ data adottata skont id-Direttiva 2006/24 u/jew l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, li twieġeb għaċ-ċirkustanzi stipulati fil-punti 60, 61, 62, 67 u 68 tas-sentenza hawn fuq imsemmija iżda mhux għal dawk li huma stipulati fil-punti 58, 59, 63 u 64 ta’ din tal-aħħar, huwa kompatibbli mal-Artikoli 7, 8 u 52(1) tal-Karta? [Fi kliem ieħor, meta s-sistema ta’ żamma, minn naħa waħda, teħtieġ l-awtorizzazzjoni minn qabel ta’ qorti abbażi taċ-ċirkustanzi sostantivi u proċedurali speċifikati għall-finijiet ta’ prevenzjoni, ta’ skoperta u ta’ prosekuzzjoni ta’ reati kriminali speċifikament iddefiniti, li jinsabu f’lista stabbilita mil-leġiżlatur nazzjonali u kklassifikati bħala serji minn dan tal-aħħar, u tiżgura protezzjoni effikaċi tad-data miżmuma kontra r-riskji ta’ abbuż kif ukoll kontra kull aċċess u kull użu illegali ta’ din id-data (ara s-sentenza tat-8 ta’ April 2014, Digital Rights Ireland et (C-293/12 u C-594/12, EU:C:2014:238, punti 60 ,61, 62, 67 u 68) iżda, min-naħa l-oħra, tippermetti ż-żamma tad-data a) tal-persuni kollha, bla distinzjoni, li jużaw servizzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi u għal liema ma jeżisti l-ebda indiċi li huwa ta’ natura li jurihom li l-aġir tagħhom (ta’ akkużat jew ta’ suspettat) jista’ jkollu rabta, kemm indiretta jew remota, ma’ reati serji, qabel l-okkorrenza tal-fatti li wasslu li tintalab id-data mill-fornituri tas-servizzi ta’ komunikazzjoni, b) mingħajr li d-data mitluba tirrigwarda, qabel l-okkorrenza tal-fatti li huma s-suġġett ta’ investigazzjoni, i) perijodu ta’ żmien u/jew żona ġeografika ddeterminata u/jew ċirku ta’ nies partikolari li jistgħu jkunu involuti b’xi mod jew ieħor f’reat serju, jew ii) persuni li jistgħu, għal raġunijiet oħra, jikkontribwixxu, permezz taż-żamma tad-data tagħhom, għall-prevenzjoni, għall-iskoperta jew għall-prosekuzzjoni ta’ reati serji, c) matul perijodu (ta’ tnax-il xahar f’dan il-każ) stabbilit mingħajr ma tiġi magħmula ebda distinzjoni bejn il-kategoriji tad-data msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/24, skont l-utilità possibbli tagħhom għall-finijiet tal-għan segwit u skont il-persuni kkonċernati (ara s-sentenza tat-8 ta’ April 2014, Digital Rights Ireland et (C-293/12 u C-594/12, EU:C:2014:238, punti 58 ,59, 63, 67 u 64)] |
14) |
Jekk ir-risposta għad-domandi hawn fuq imsemmija hija, essenzjalment, li l-aċċess għal din id-data u l-użu tagħha ma huwiex kompatibbli mal- Artikoli 7, 8 u 52(1) tal-Karta, il-qorti nazzjonali għandha għalhekk tastjeni milli tapplika l-miżura nazzjonali ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/24/KE annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew il-miżura nazzjonali li tistrieħ fuq l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE, għar-raġuni li hija kuntrarju għall-Karta, u għalhekk ma tiħux inkunsiderazzjoni d-data li ġiet miksuba abbażi ta’ dawn il-miżuri nazzjonali? |
15) |
Fid-dawl tad-Direttiva 2006/24/KE u, b’mod iktar speċifiku, tal-premessa 6 tagħha skont liema “[d]-differenzi legali […] bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali rigward iż-żamma ta’ data għal skopijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, skoperta u prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jippreżentaw ostakli għas-suq intern”, tal-għan tagħha li huwa, skont l-Artikolu 1(1) tagħha, “li tarmonizza d-dispożizzjonijiet ta’ l-Istati Membri”, ta’ premessi oħra (3, 4, 5, 11 u 21) u tas-sentenza tal-10 ta’ Frar 2009, Irlanda vs Il-Parlament u l-Kunsill (C-301/06, EU:C:2009:68, punti 70 sa 72), iż-żamma tal-liġi li tittrasponi d-Direttiva 2006/24 fid-dritt nazzjonali, ukoll wara l-annullament ta’ din mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tikkostitwixxi ostakolu għall-istabbiliment u l-funzjonament ta’ suq intern, sa fejn ebda miżura ġdida ta’ armonizzazzjoni fil-qasam rilevanti ma tkun għadha daħlet fis-seħħ fid-dritt tal-Unjoni? |
16) |
B’mod iktar speċifiku, iż-żamma tal-liġi li tittrasponi d-Direttiva 2006/24/KE fid-dritt nazzjonali, ukoll wara l-annullament ta’ din mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jew tal-miżura leġiżlattiva nazzjonali msemmija fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE, tikkostitwixxi ostakolu għall-istabbiliment u l-funzjonament ta’ suq intern minħabba li b’mod kumulattiv jew b’mod sussidjarju:
|
17) |
Jekk ir-risposta għal mill-inqas waħda mid-domandi hawn fuq imsemmija hija fl-affermattiv, il-qorti nazzjonali għandha, konformement mad-dritt tal-Unjoni, tastjeni milli tapplika l-miżura nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2006/24/KE, li ġiet annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sa fejn din hija kuntrarja għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u, għalhekk, ma tikkunsidrax id-data miżmuma, li għaliha kien inkiseb aċċess abbażi tad-Direttiva 2006/24/KE jew tal-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58?” |