EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0419

Kawża C-419/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bolzano/Landesgericht Bozen (l-Italja) fit-28 ta’ Lulju 2016 – Sabine Simma Federspiel vs Provincia autonoma di Bolzano, Equitalia Nord SpA

ĠU C 392, 24.10.2016, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bolzano/Landesgericht Bozen (l-Italja) fit-28 ta’ Lulju 2016 – Sabine Simma Federspiel vs Provincia autonoma di Bolzano, Equitalia Nord SpA

(Kawża C-419/16)

(2016/C 392/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bolzano/Landesgericht Bozen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sabine Simma Federspiel

Konvenuta: Provincia autonoma di Bolzano, Equitalia Nord SpA

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva 75/363/KE (1), kif emendata bid-Direttiva 82/76/KEE (2), u l-anness iċċitat magħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li regola tad-dritt intern, bħal dik applikabbli fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti tar-remunerazzjoni intiża għat-tobba li jkunu qed jispeċjalizzaw għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ impenn tat-tabib benefiċjarju li jwettaq tal-inqas ħames snin servizz fis-servizz sanitarju pubbliku tal-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano mhux iktar tard minn għaxar snin li għandhom jiddekorru mid-data ta’ kisba tal-ispeċjalizzazzjoni, u li, f’każ ta’ inosservanza totali ta’ dan l-obbligu, tippermetti espressament lill-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano, organu li jiffinanzja r-remunerazzjoni, li tikseb il-ħlas lura ta’ ammont sa 70 % tal-allowance mogħtija, minbarra l-interessi legali kkalkolati mill-mument li fih l-amministrazzjoni tkun ħallset il-kontribuzzjonijiet individwali?

2)

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, il-prinċipju ta’ moviment liberu tal-ħaddiema skont l-Artikolu 45 TFUE jipprekludi regola tad-dritt intern, bħal dik applikabbli fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti tar-remunerazzjoni intiża għat-tobba li jkunu qed jispeċjalizzaw għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ impenn tat-tabib benefiċjarju li jwettaq tal-inqas ħames snin servizz fis-servizz sanitarju pubbliku tal-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano mhux iktar tard minn għaxar snin li għandhom jiddekorru mid-data ta’ kisba tal-ispeċjalizzazzjoni, u li, f’każ ta’ inosservanza totali ta’ dan l-obbligu, tippermetti espressament lill-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano, organu li jiffinanzja r-remunerazzjoni, li tikseb il-ħlas lura ta’ ammont sa 70 % tal-allowance mogħtija, minbarra l-interessi legali kkalkolati mill-mument li fih l-amministrazzjoni tkun ħallset il-kontribuzzjonijiet individwali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 75/363/KEE, tas-16 ta’ Ġunju 1975, intiża għall-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-attivitajiet tat-tabib (ĠU L 167, p. 14).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 82/76/KEE, tas-26 ta’ Jannar 1982, li temenda d-Direttiva 75/362/KEE intiża għar-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali fil-mediċina, inklużi l-miżuri biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tad-dritt tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, kif ukoll id-Direttiva 75/363/KEE intiża għall-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-attivitajiet tat-tabib (ĠU L 43, p. 21).


Top