Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0339

Kawża C-339/16 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2016 mir-Repubblika Portugiża mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-19 ta’ April 2016 fil-Kawża T-556/15, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

ĠU C 326, 5.9.2016, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/13


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2016 mir-Repubblika Portugiża mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-19 ta’ April 2016 fil-Kawża T-556/15, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-339/16 P)

(2016/C 326/23)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, P. Estêvão u J. Saraiva de Almeida, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-digriet appellat, sa fejn, permezz ta’ dan id-digriet, il-Qorti Ġenerali laqgħet l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mressqa mill-Kummissjoni f’din il-kawża;

tqis li r-rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata ġie ppreżentat validament fit-terminu stabbilit mill-Artikolu 263 TFUE;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika Portugiża tqis li d-deċiżjoni hija invalida minħabba fl-aggravji li ġejjin:

A – L-ewwel aggravju – Bidu tad-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra d-deċiżjoni mill-20 ta’ Lulju 2015.

L-ewwel argument

Ksur tal-Artikolu 263 TFUE.

It-tieni argument

Bidu tad-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata min-notifika tad-deċiżjoni definittiva, l-20 ta’ Lulju 2015.

B – It-tieni aggravju – Bidu tad-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tad-deċiżjoni kkontestata.

L-ewwel argument

Il-formulazzjoni tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.

It-tieni argument

Eżistenza ta’ prassi repetuta ta’ pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ din in-natura u preċedenti ġudizzjarji identiċi.

C – It-tielet aggravju – Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma pprivileġġjatx il-formulazzjoni li ma twassalx għad-dekadenza.


Top