This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0338
Case C-338/16 P: Appeal brought on 16 June 2016 by the Portuguese Republic against the order of the General Court (Eighth Chamber) delivered on 19 April 2016 in Case T-551/15 Portugal v Commission
Kawża C-338/16 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2016 mir-Repubblika Portugiża mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-19 ta’ April 2016 fil-Kawża T-551/15, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
Kawża C-338/16 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2016 mir-Repubblika Portugiża mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-19 ta’ April 2016 fil-Kawża T-551/15, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
ĠU C 326, 5.9.2016, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/12 |
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2016 mir-Repubblika Portugiża mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-19 ta’ April 2016 fil-Kawża T-551/15, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-338/16 P)
(2016/C 326/22)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, P. Estêvão u J. Saraiva de Almeida, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-digriet appellat, sa fejn, permezz ta’ dan id-digriet, il-Qorti Ġenerali laqgħet l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mressqa mill-Kummissjoni f’din il-kawża; |
— |
tqis li r-rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata ġie ppreżentat validament fit-terminu stabbilit mill-Artikolu 263 TFUE; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Ir-Repubblika Portugiża tqis li d-deċiżjoni hija invalida minħabba fl-aggravji li ġejjin:
A – L-ewwel aggravju – Bidu tad-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra d-deċiżjoni mill-20 ta’ Lulju 2015.
L-ewwel argument
Ksur tal-Artikolu 263 TFUE.
It-tieni argument
Bidu tad-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata min-notifika tad-deċiżjoni definittiva, l-20 ta’ Lulju 2015.
B – It-tieni aggravju – Bidu tad-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tad-deċiżjoni kkontestata.
L-ewwel argument
Il-formulazzjoni tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.
It-tieni argument
Eżistenza ta’ prassi repetuta ta’ pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ din in-natura u preċedenti ġudizzjarji identiċi.
C – It-tielet aggravju – Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma pprivileġġjatx il-formulazzjoni li ma twassalx għad-dekadenza.