Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0316

    Kawża C-316/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fit-3 ta Ġunju 2016 – B vs Land Baden-Württemberg

    ĠU C 343, 19.9.2016, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 343/23


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fit-3 ta Ġunju 2016 – B vs Land Baden-Württemberg

    (Kawża C-316/16)

    (2016/C 343/36)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: B

    Konvenuta: Land Baden-Württemberg

    Domandi preliminari

    1)

    Huwa eskluż a priori li l-kundanna u sussegwentement l-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija jistgħu jwasslu għall-ksur tar-rabtiet ta’ integrazzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkun daħal fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti fl-età ta’ tliet snin, bil-konsegwenza li l-kundizzjoni tar-residenza mhux interrotta ta’ għaxar snin, fis-sens tal-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38 (1) ma tkunx issodisfatta u li, għalhekk, ma jkunx hemm lok li tingħata protezzjoni minn tkeċċija skont l-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38, meta ċ-ċittadin tal-Unjoni inkwistjoni, wara li jkun daħal fit-territorju fl-età ta’ tliet snin u jkun għadda ħajtu kollha fl-Istat Membru ospitanti inkwistjoni, ma jkollux iktar rabtiet mal-Istat Membru li tiegħu huwa ċittadin, u meta r-reat li wassal għall-kundanna tiegħu u għall-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija jkun twettaq wara residenza ta’ 20 sena?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk l-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija twassalx għal ksur tar-rabtiet ta’ integrazzjoni, għandu wieħed ma jiħux inkunsiderazzjoni l-piena ta’ priġunerija imposta għar-reat li jikkostitwixxi r-raġuni tat-tkeċċija?

    3)

    Fil-każ ta’ risposti negattivi għad-domandi 1 u 2: Skont liema kriterji għandu wieħed jevalwa jekk iċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat jistax xorta waħda, f’tali każ, jibbenefika mill-protezzjoni minn tkeċċija skont l-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38?

    4)

    Fil-każ ta’ risposti negattivi għad-domandi 1 u 2: hemm dispożizzjonijiet vinkolanti tad-dritt tal-Unjoni dwar l-istabbiliment tal-“mument preċiż li fih tqum il-kwistjoni tat-tkeċċija” u li fih ikun hemm lok li ssir evalwazzjoni globali tas-sitwazzjoni taċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat, sabiex jiġi vverifikat sa fejn in-natura mhux kontinwa tar-residenza matul l-għaxar snin li ppreċedew it-tkeċċija tal-persuna kkonċernata tipprekludi lil din tal-aħħar milli tibbenefika mill-protezzjoni msaħħa kontra t-tkeċċija?


    (1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).


    Top