This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0306
Case C-306/16: Request for a preliminary ruling from the Tribunal da Relação do Porto (Portugal) lodged on 30 May 2016 — António Fernando Maio Marques da Rosa v Varzim Sol — Turismo, Jogo e Animação, S
Kawża C-306/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fit-30 ta’ Mejju 2016 – António Fernando Maio Marques da Rosa vs Varzim Sol – Turismo, Jogo e Animação, SA
Kawża C-306/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fit-30 ta’ Mejju 2016 – António Fernando Maio Marques da Rosa vs Varzim Sol – Turismo, Jogo e Animação, SA
ĠU C 326, 5.9.2016, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fit-30 ta’ Mejju 2016 – António Fernando Maio Marques da Rosa vs Varzim Sol – Turismo, Jogo e Animação, SA
(Kawża C-306/16)
(2016/C 326/19)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: António Fernando Maio Marques da Rosa
Konvenuta: Turismo, Jogo e Animação, SA
Domandi preliminari
1) |
Fid-dawl tal-Artikoli 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE (1), tat-23 ta’ Novembru 1993, u tad-Direttiva 2003/88/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, kif ukoll tal-Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fil-każ ta’ ħaddiema li ħadmu bix-shift u bi ġranet ta’ mistrieħ b’rotazzjoni, fi stabbiliment li jopera fil-ġranet kollha tal-ġimgħa iżda li ma joperax b’mod kontinwu matul 24 siegħa kuljum, il-ġurnata ta’ mistrieh obbligatorju li għaliha l-ħaddiem għandu dritt għandha tiġi permessa neċessarjament f’kull perijodu ta’ seba ġranet, jiġifieri, mill-inqas fis-seba’ ġurnata sussegwenti għas-sitt ġranet ta’ xogħol konsekuttivi? |
2) |
L-interpretazzjoni li fir-rigward ta’ dawn il-ħaddiema il-persuna li timpjega għandha libertà li tagħżel il-ġranet fejn tagħti lill-ħaddiem, ta’ kull ġimgħa, il-mistrieħ li għalih dan għandu dritt, fejn jista’ jirriżulta li l-ħaddiem ikun obbligat, mingħajr remunerazzjoni għal xogħol supplimentari, li jaħdem għal għaxar ġranet konsekuttivi (pereżempju, bejn nhar ta’ Erbgħa ta’ ġimgħa, ippreċedut b’mistrieh nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Tlieta, sa nhar ta’ Ġimgħa tal-ġimgħa ta’ wara, segwit b’mistrieħ nhar ta’ Sibt u nhar ta’ Ħadd), hija konformi ma’ dawn id-direttivi u dispożizzjonijiet? |
3) |
Interpretazzjoni fis-sens li l-perijodu ta’ 24 siegħa ta’ mistrieħ mingħajr interruzzjoni jista’ jseħħ fi kwalunkwe ġurnata kalendarja ta’ perijodu speċifiku ta’ seba’ ġranet kalendarji u l-perijodu ta’ 24 siegħa ta’ mistrieħ mingħajr interruzzjoni (li magħhom għandhom jingħaddu 11-il siegħa ta’ mistrieħ kuljum) sussegwenti jista’ jseħħ ukoll fi kwalunkwe ġurnata kalendarja tal-perijodu ta’ seba’ ġranet kalendarji immedjatament sussegwenti għal dak preċedenti, hija konformi ma’ dawn id-direttivi u dispożizzjonijiet? |
4) |
L-interpretazzjoni fis-sens li minflok ħaddiem igawdi minn perijodu ta’ 24 siegħa ta’ mistrieħ mingħajr interruzzjoni (li magħhom għandhom jingħaddu 11-il siegħa ta’ mistrieħ kuljum) għal kull perijodu ta’ seba’ ġranet, jista’ jgawdi minn żewġ perijodi konsekuttivi, jew mhux konsekuttivi, ta’ 24 siegħa ta’ mistrieħ mingħajr interruzzjoni fi kwalunkwe ġurnata mill-4 ġranet kalendarji ta’ perijodu speċifiku ta’ referenza ta’ 14-il ġurnata kalendarja, hija konformi ma’ dawn id-direttivi u dispożizzjonijiet, anki fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16(a) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-23 ta’ Novembru 1993, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 197).
(2) Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).