Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0288

    Kawża C-288/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-23 ta’ Mejju 2016 – IK “L.Č.”

    ĠU C 260, 18.7.2016, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/35


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-23 ta’ Mejju 2016 – IK “L.Č.”

    (Kawża C-288/16)

    (2016/C 260/42)

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Augstākā tiesa

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: IK “L.Č.”

    Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

    Domandi preliminari

    1.

    L-Artikolu 146(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni minnu prevista hija applikabbli biss jekk ikun hemm rabta legali diretta, jiġifieri relazzjonijiet ta’ negozju reċiproċi, bejn il-fornitur tas-servizz, minn naħa, u d-destinatarju jew il-kunsinnatur tal-merkanzija, min-naħa l-oħra?

    2.

    Liema kriterji għandha tissodisfa r-rabta diretta, fis-sens tad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq, sabiex servizz relatat mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija jitqies eżenti?


    (1)  ĠU L 347, p. 1.


    Top