This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0236
Case C-236/16: Request for a preliminary ruling from the Tribunal Supremo (Spain) lodged on 25 April 2016 — Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) v Diputacíon General de Aragón
Kawża C-236/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-25 ta’ April 2016 – Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Diputación General de Aragón
Kawża C-236/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-25 ta’ April 2016 – Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Diputación General de Aragón
ĠU C 260, 18.7.2016, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-25 ta’ April 2016 – Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Diputación General de Aragón
(Kawża C-236/16)
(2016/C 260/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo, Sala de lo Contencioso-Administrativo, Sección Segunda
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED)
Konvenuta: Diputación General de Aragón
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 49 u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-eżistenza ta’ taxxa reġjonali li tiddikjara li tintaxxa l-ħsara ambjentali kkawżat mill-użu tal-installazzjonijiet u tal-elementi ddedikati għall-attività u għall-kummerċ implementati fl-istabbilimenti kummerċjali li jkollhom superfiċji kbira ta’ bejgħ u ta’ parkeġġ għall-klijenti tagħhom, dejjem sa fejn is-superfiċji ta’ bejgħ lill-pubbliku tkun ta’ iktar minn 500 m2, iżda li tirriżulta li hija eżiġibbli irrispettivament mill-post reali fejn jinsabu dawn l-istabbilimenti kummerċjali barra jew ġewwa n-nisġa urbana kkonsolidata u li fil-parti l-kbira tad-drabi taffettwa lill-impriżi ta’ Stati Membri oħra, fid-dawl tal-fatt li: (i) ma tintaxxax effettivament lin-negozjanti proprjetarji ta’ numru ta’ stabbilimenti kummerċjali, ikun liema jkun it-total tas-superfiċji ta’ bejgħ għall-pubbliku, jekk ebda wieħed minnhom ma jkollu superfiċji ta’ bejgħ lill-pubbliku ta’ iktar minn 500 m2 u anki jekk uħud minn fosthom jaqbżu dan il-limitu iżda li l-bażi taxxabbli tagħhom ma taqbiżx l-2 000 m2, filwaqt li tintaxxa effettivament lin-negozjanti bi stabbiliment kummerċjali wieħed biss li s-superfiċji ta’ bejgħ tiegħu taqbeż dawn il-limiti, u (ii) li barra minn hekk ma humiex taxxabbli l-istabbilimenti kummerċjali ddedikat għall-bejgħ esklussiv ta’ makkinarji, vetturi, għodda u provvisti ta’ natura industrijali; materjal għall-kostruzzjoni, ta’ iġjene, bibien u twieqi, għall-bejgħ esklussiv lill-professjonisti; ta’ għamara fi stabbilimenti individwali, tradizzjonali u speċjalizzati; vetturi awtomobilistiċi fi swali ta’ espożizzjoni ta’ konċessjonarji u f’garaxxijiet ta’ tiswija; mixtliet għall-ġonna u għall-koltivazzjoni u ta’ kombustibbli u karburanti għal lokomozzjoni, tkun liema tkun is-superfiċji ta’ bejgħ lill-pubbliku kkonċernat? |
2) |
L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ipprojbita, konformement ma’ din id-dispożizzjoni, l-assenza ta’ ssuġġettar għall-IDMGAV [taxxa fuq id-dannu ambjentali kkawżat mis-superfiċji kbar ta’ bejgħ] tal-istabbilimenti kummerċjali b’superfiċji ta’ bejgħ għall-pubbliku ta’ mhux iktar minn 500 m2 jew ta’ iktar għal dawk li l-bażi taxxabbli tagħhom ma taqbiżx l-2 000 m2, u tal-istabbilimenti kummerċjali li jipprovdu l-bejgħ esklussiv ta’ makkinarji, vetturi, għodda u provvisti ta’ natura industrijali; materjal għall-kostruzzjoni, ta’ iġjene, bibien u twieqi, għall-bejgħ esklussiv lill-professjonisti; ta’ għamara fi stabbilimenti individwali, tradizzjonali u speċjalizzati; vetturi awtomobilistiċi fi swali ta’ espożizzjoni ta’ konċessjonarji u f’garaxxijiet ta’ tiswija; mixtliet għall-ġonna u għall-koltivazzjoni u ta’ kombustibbli u karburanti għal lokomozzjoni? |