Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0235

    Kawża C-235/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-25 ta’ April 2016 – Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Consejo de Gobierno del Principado de Asturias

    ĠU C 260, 18.7.2016, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/23


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-25 ta’ April 2016 – Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Consejo de Gobierno del Principado de Asturias

    (Kawża C-235/16)

    (2016/C 260/29)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Supremo, Sala de lo Contencioso-Administrativo, Sección Segunda

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED)

    Konvenut: Consejo de Gobierno del Principado de Asturias

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikoli 49 u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-eżistenza ta’ taxxa reġjonali li tintaxxa l-funzjonament tas-superfiċji kummerċjali l-kbar li s-superfiċji utili tagħhom ta’ espożizzjoni u ta’ bejgħ lill-pubbliku hija ta’ 4 000 m2 jew iktar minħabba l-impatt tagħhom fuq it-territorju, l-ambjent u n-nisġa ta’ kummerċ urban ta’ dan ir-reġjun, iżda li tapplika irrispettivament mill-post reali fejn jinsabu dawn l-istabbilimenti kummerċjali barra jew ġewwa n-nisġa urbana kkonsolidata u li fil-parti l-kbira tad-drabi prattikament taffettwa lill-impriżi ta’ Stati Membri oħra, fid-dawl tal-fatt li: (i) ma taffettwax lin-negozjanti proprjetarji ta’ numru ta’ stabbilimenti kummerċjal, individwali jew kollettivi, b’superfiċji utli ta’ espożizzjoni u bejgħ lill-pubbliku ta’ inqas minn 4 000 m2, ikun liema jkun l-għadd totali tas-superfiċji utli tal-espożizzjoni u bejgħ lill-pubbliku tal-istabbilimenti kollha tiegħu, u (ii) ma tissuġġettax għat-taxxa lill-istabbilimenti kummerċjali individwali l-kbar, li s-superfiċji utli tagħhom ta’ espożizzjoni u bejgħ lill-pubbliku ma tkunx ta’ iktar minn 10 000 m2, meta jkunu ddedikati biss u esklussivament għal attivitajiet ta’ ġardinaġġ, ta’ bejgħ ta’ vetturi, ta’ materjal għall-kostruzzjoni, ta’ makkinarji u ta’ provvisti ta’ natura industrijali?

    2)

    L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ipprojbita, konformement ma’ din id-dispożizzjoni, in-nuqqas ta’ ssuġġettar għall-IGEC [taxxa fuq l-istabbilimenti kummerċjali l-kbar] tal-Asturias, tal-istabbilimenti kummerċjali, individwali jew kollettivi, b’superfiċji utli ta’ espożizzjoni u ta’ bejgħ lill-pubbliku ta’ inqas minn 4 000 m2, u tal-istabbilimenti kummerċjali individwali l-kbar, li s-superfiċji utli tagħhom ta’ espożizzjoni u ta’ bejgħ lill-pubbliku ma tkunx ta’ iktar minn 10 000 m2, meta jkunu ddedikati biss u esklussivament għall-attivitajiet ta’ ġardinaġġ, ta’ bejgħ ta’ vetturi, ta’ materjal għall-kostruzzjoni ta’ makkinarji u ta’ provvisti ta’ natura industrijali?


    Top