Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0208

    Kawża C-208/16 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2016 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-4 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-287/11, Heitkamp BauHolding GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 211, 13.6.2016, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.6.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 211/38


    Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2016 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-4 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-287/11, Heitkamp BauHolding GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-208/16 P)

    (2016/C 211/49)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u R. Kanitz, avukati)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Heitkamp BauHolding GmbH, Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-287/11, sa fejn din tiċħad ir-rikors bħala infondat,

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011)275 finali, tas-26 ta’ Jannar 2011, fil-każ “Għajnuna mill-Istat C 7/2010 – KStG, Sanierungsklausel [klawżola ta’ ristrutturazzjoni]” skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja,

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka aggravju wieħed.

    Ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma qisitx li l-Artikolu 8c(1a) tal-KStG, l-hekk imsejħa klawżola ta’ ristrutturazzjoni, ma huwiex selettiv:

    L-hekk imsejħa klawżola ta’ ristrutturazzjoni ma hijiex prima facie selettiva, minħabba li ma hemm l-ebda devjazzjoni mill-għan rilevanti tas-sistema ta’ referenza, u minħabba li hija miżura ġenerali li minnha tista’ tibbenefika kull kumpannija fit-territorju tal-Istat Membru.

    L-hekk imsejħa klawżola ta’ ristrutturazzjoni hija ġġustifikata kemm min-natura u kemm mill-istruttura interna tas-sistema fiskali. Il-klawżola ta’ ristrutturazzjoni hija ġġustifikata l-ewwel nett mill-prinċipju ta’ tassazzjoni skont il-kapaċità kontributtiva, it-tieni nett mill-miżuri kontra l-abbuż, jiġifieri l-prevenzjoni ta’ skemi abbużivi, u t-tielet nett mid-differenzi oġġettivi bejn l-akkwist ta’ azzjonijiet li jikkawża preġudizzju u l-akkwist iġġustifikat ta’ azzjonijiet għall-finijiet ta’ ristrutturazzjoni


    Top