Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0192

Kawża C-192/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (ir-Renju Unit) fis-6 ta’ April 2016 – Peter Fisher, Stephen Fisher, Anne Fisher vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

ĠU C 200, 6.6.2016, pp. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (ir-Renju Unit) fis-6 ta’ April 2016 – Peter Fisher, Stephen Fisher, Anne Fisher vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-192/16)

(2016/C 200/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Peter Fisher, Stephen Fisher, Anne Fisher

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Parti interessata: Her Majesty’s Government of Gibraltar

Domandi preliminari

1)

Għall-finijiet tal-Artikolu 49 TFUE (libertà ta’ stabbiliment) u fid-dawl tar-relazzjonijiet kostituzzjonali bejn Ġibiltà u r-Renju Unit:

1.1.

Ġibiltà u r-Renju Unit għandhom jitqiesu li jifformaw parti minn Stat Membru wieħed (a) għall-finijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u, jekk dan huwa l-każ, dan jimplika li l-Artikolu 49 TFUE ma huwiex applikabbli bejn ir-Renju Unit u Ġibiltà, ħlief sa fejn dan jista’ japplika għal miżura interna jew, sussidjarjament, (b) għall-finijiet tal-Artikolu 49 TFUE ikkunsidrat waħdu, b’tali mod li dan l-artikolu ma japplikax, ħlief sa fejn jista’ japplika għal miżura interna? Sussidjarjament,

1.2.

Fid-dawl tal-Artikolu 355(3) TFUE, Ġibiltà għandha l-istatus kostituzzjonali ta’ territorju sseparat mir-Renju Unit ġewwa l-Unjoni Ewropea, b’tali mod li (a) l-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment bejn Ġibiltà u r-Renju Unit għandu jiġi ttrattat fis-sens li jifforma parti mill-iskambji interni fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 49 TFUE jew (b) l-Artikolu 49 TFUE japplika biex jipprojbixxi r-restrizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment minn ċittadini tar-Renju Unit f’Ġibiltà (entità distinta)? Sussidjarjament,

1.3.

Ġibiltà għandha tiġi ttrattata bħala pajjiż jew bħala territorju terz, b’tali mod li d-dritt tal-Unjoni Ewropea japplika għall-iskambji bejn ir-Renju Unit u Ġibiltà biss meta dan id-dritt japplika bejn Stat Membru u Stat mhux membru? Sussidjarjament,

1.4.

Ir-relazzjonijiet kostituzzjonali bejn Ġibiltà u r-Renju Unit għandhom jiġu ttrattati b’mod differenti għall-finijiet tal-Artikolu 49 TFUE?

2)

Kemm, jekk ikun il-każ, ivarjaw ir-risposti għad-domandi preċedenti meta dawn jiġu eżaminati fil-kuntest tal-Artikolu 63 TFUE (u b’hekk f’dak li jikkonċerna l-libertà ta’ moviment tal-kapital) minflok fil-kuntest tal-Artikolu 49 TFUE?


Top