Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0149

    Kawża C-149/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Wrocławia-Śródmieścia we Wrocławiu (il-Polonja) fl-14 ta’ Marzu 2016 – Halina Socha, Dorota Olejnik, Anna Skomra vs Szpital Specjalistycznym im. A. Falkiewicza we Wrocławiu

    ĠU C 222, 20.6.2016, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.6.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 222/3


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Wrocławia-Śródmieścia we Wrocławiu (il-Polonja) fl-14 ta’ Marzu 2016 – Halina Socha, Dorota Olejnik, Anna Skomra vs Szpital Specjalistycznym im. A. Falkiewicza we Wrocławiu

    (Kawża C-149/16)

    (2016/C 222/03)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Rejonowy dla Wrocławia-Śródmieścia we Wrocławiu

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Halina Socha, Dorota Olejnik, Anna Skomra

    Konvenuta: Szpital Specjalistycznym im. A. Falkiewicza we Wrocławiu

    Domandi preliminari

    L-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327), moqri flimkien mal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-persuna li timpjega li temenda l-kundizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ remunerazzjoni applikabbli għall-kuntratti ta’ xogħol (avviż ta’ emenda) unikament għal dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni, minħabba sitwazzjoni finanzjarja diffiċli, hija obbligata tapplika l-proċedura prevista mill-imsemmija direttiva u wkoll li tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet sindakali tal-impriża dwar dawn l-avviżi ta’ emenda, minkejja l-fatt li d-dritt nazzjonali, jiġifieri l-liġi tat-13 ta’ Marzu 2003 dwar regoli speċifiċi dwar it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol għal raġunijiet mhux attribwibbli għall-ħaddiema (ĠU 2003, Nruo90, poż. 844 kif emendata), ma tipprovdi, fl-Artikoli 1 sa 6 tagħha, ebda dispożizzjoni applikabbli għal tali emendi tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ xogħol?


    Top