EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0144

Kawża C-144/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Setúbal (il-Portugall) fl-14 ta’ Marzu 2016 – Município de Palmela vs ASAE – Divisão de Gestão de Contraordenações

ĠU C 211, 13.6.2016, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Setúbal (il-Portugall) fl-14 ta’ Marzu 2016 – Município de Palmela vs ASAE – Divisão de Gestão de Contraordenações

(Kawża C-144/16)

(2016/C 211/35)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca de Setúbal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Município de Palmela

Konvenuta: ASAE – Divisão de Gestão de Contraordenações

Domandi preliminari

a) –

Peress li d-Digriet-Liġi Nru 379/97, tas-27 ta’ Diċembru [1997], approva r-regolament li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ sigurtà li għandhom jiġu osservati fil-lokalizzazzjoni, fl-implementazzjoni, fil-ħolqien u fl-organizzazzjoni funzjonali tal-ispazji ta’ logħob u ta’ rikreazzjoni, tat-tagħmir relatat u tas-superfiċji ta’ impatt.

b) –

Peress li d-Digriet-Liġi Nru 119/2009, tad-19 ta’ Mejju [2009], emenda d-Digriet-Liġi Nru 379/97, tas-27 ta’ Diċembru [1997], fejn saru emendi fuq ir-redazzjoni ta’ ċerti regoli tekniċi u ġew miżjuda regoli tekniċi oħrajn, u ppubblika mill-ġdid l-imsemmi regolament li minnu jagħmel parti sħiħa.

c) –

Peress li l-ebda waħda mill-imsemmija leġiżlazzjonijiet nazzjonali ma ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni Ewropea fl-ambitu ta’ proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regoli u tar-regolamentazzjoni teknika stabbilita permezz tad-Direttiva 98/34/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, u trasposta fl-ordinament ġuridiku intern permezz tad-Digriet-Liġi Nru 58/2000, tat-18 ta’ April [2000]:

1)

Il-qorti nazzjonali għandha tiddeċiedi fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali li tintroduċi regoli tekniċi u li, bi ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/34/KE, ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni Ewropea hija kollha kemm hi mhux applikabbli, jew għandha tillimita d-deċiżjoni dwar nuqqas ta’ applikabbiltà għar-regoli tekniċi ġodda introdotti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali? Jew,

2)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tintroduċi regoli tekniċi u li, bi ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/34/KE, ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi ssanzjonata bin-nuqqas ta’ applikabbiltà sħiħa tagħha jew id-deċiżjoni dwar nuqqas ta’ applikabbiltà għandha tillimita lilha nnifisha għar-regoli tekniċi ġodda introdotti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali?

3)

Ir-regoli tekniċi kollha li jirriżultaw fl-imsemmi regolament għandhom jitqiesu li ma humiex applikabbli, jew huma biss dawk ir-regoli tekniċi emendati jew introdotti bid-Digriet-Liġi Nru 119/2009, tad-19 ta’ Mejju [2009], li ma humiex applikabbli?


(1)  Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337).


Top