EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0114

Kawża C-114/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fis-26 ta’ Frar 2016 – Damien Zöldség, Gyümölcs Kereskedelmi és Tanácsadó Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

ĠU C 211, 13.6.2016, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fis-26 ta’ Frar 2016 – Damien Zöldség, Gyümölcs Kereskedelmi és Tanácsadó Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

(Kawża C-114/16)

(2016/C 211/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria (qorti suprema)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Damien Zöldség, Gyümölcs Kereskedelmi és Tanácsadó Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság (uffiċċju nazzjonali tat-taxxa u tad-dwana, diviżjoni tal-appell, l-Ungerija)

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 167, 168, 178 u 179 tad-Direttiva tal-VAT (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-amministrazzjoni fiskali għandha l-obbligu, meta jsir il-kontroll fiskali, li tirrikonoxxi d-dritt għal tnaqqis tal-persuna taxxabbli meta t-taxxa tal-input imħallsa ma tissemmiex fid-dikjarazzjoni tal-imsemmija persuna taxxabbli, iżda meta din il-persuna tkun tinsab fil-pussess ta’ fatturi konformi mad-Direttiva tal-VAT u titlob ir-rikonoxximent tad-dritt għal tnaqqis meta jsir il-kontroll?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


Top