EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0084

Kawża C-84/16: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2016 minn Continental Reifen Deutschland GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-8 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-525/14 – Compagnie générale des établissements Michelin vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 211, 13.6.2016, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/22


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2016 minn Continental Reifen Deutschland GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-8 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-525/14 – Compagnie générale des établissements Michelin vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-84/16)

(2016/C 211/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Continental Reifen Deutschland GmbH (rappreżentanti: S. O. Gillert, K. Vanden Bossche, B. Köhn-Gerdes, J. Schumacher, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea; Compagnie générale des établissements Michelin

Talbiet

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-8 ta’ Diċembru 2015, fil-Kawża T-525/14;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex teżamina mill-ġdid l-karattru distintiv intrinsiku tas-sinjali kontenzjużi, inklużi l-elementi li jikkostitwixxu dawn is-sinjali, u l-livell ta’ xebh bejn dawn is-sinjali, u

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa bbażat fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti Ġenerali sa fejn hija kisret, fis-sentenza tagħha tat-8 ta’ Diċembru 2015, l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Fil-qosor, il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-evalwazzjoni tagħha tal-karattru distintiv tal-applikazzjoni għat-trade mark ikkontestata “Image 1”, inkluż l-elementi “Image 2” u “Image 3” li jikkostitwixxu s-sinjali, u ta’ dak tat-trade mark preċedenti “Image 4”. Barra minn hekk, din l-evalwazzjoni żbaljata tal-Qorti Ġenerali hija bbażata wkoll kemm fuq żnaturament tal-fatti li jikkonċernaw l-għarfien lingwistiku tal-pubbliku rilevanti u kif jifhem is-sens tal-elementi tas-sinjali kontenzjużi kif ukoll fuq żnaturament tal-provi li ġew prodotti minn Michelin fl-Annessi C.1 u C.4, ippreżentati f’din l-istanza bħala l-Anness 6.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma tatx raġunijiet għaliex ma ħaditx inkunsiderazzjoni ċerti aspetti tas-sinjali kontenzjużi, pereżempju l-elementi figurattivi tagħhom, fl-evalwazzjoni tagħha tax-xebh tagħhom.

Billi bbażat ruħha fuq dawn l-evalwazzjonijiet żbaljati, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li, minħabba x-xebh qawwi jew l-identiċità tal-prodotti indikati, ix-xebh medju bejn it-trade mark li għaliha saret applikazzjoni u t-trade mark Franċiża preċedenti u l-karattru distintiv intrinsiku normali ta’ din it-trade mark preċedenti, kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU 2009, L 78, p. 1.


Top