Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0019

    Kawża C-19/16 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2016 minn Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah, Taher Nasuf, Sanabel Relief Agency Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-134/11, Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah, Taher Nasuf, Sanabel Relief Agency Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 106, 21.3.2016, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 106/26


    Appell ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2016 minn Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah, Taher Nasuf, Sanabel Relief Agency Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-134/11, Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah, Taher Nasuf, Sanabel Relief Agency Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-19/16 P)

    (2016/C 106/28)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah, Taher Nasuf, Sanabel Relief Agency Ltd (rappreżentanti: N. Garcia-Lora, Solicitor, E. Grieves, Barrister)

    Partijiet oħra fil-proċedura: il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-28 ta’ Ottubru 2015;

    tissostitwixxi d-deċiżjoni tagħha stess u tannulla l-miżuri kkontestati;

    tikkundanna lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lir-Renju Unit għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appell iqajjem erba’ aggravji.

    L-ewwel aggravju jikkontesta d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li l-azzjonijiet kontra d-deċiżjoni sostantiva li telenka l-ewwel tliet appellanti ma tressqux korrettament quddiem il-Qorti Ġenerali. Il-Qorti Ġenerali naqset mill-tikklassifika korrettament ir-raba’ motiv bħala kontestazzjoni tal-evalwazzjoni tal-fatti mill-Kummissjoni. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet tal-appellanti, liema osservazzjonijiet kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għaliex a) il-Qorti Ġenerali kienet talbithom, b) kienu ġew innotifikati qabel ma l-konvenut kien ippreżenta r-risposta tiegħu c) l-appellanti kienu dejjem indikaw li huma riedu jikkontestaw l-evalwazzjoni tal-fatti. L-approċċ tal-Qorti Ġenerali kien inkonsistenti ma’ Ayadi vs Il-Kummissjoni T-527/09 (14.4.15)

    It-tieni aggravju jikkontesta d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fuq il-bażi li naqset milli tapplika l-awtorità vinkolanti ta’ Kadi II. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tiddetermina waħedha jekk l-allegazzjonijiet fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kinux fondati sew.

    It-tielet aggravju jikkontesta l-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li l-Kummissjoni wettqet analiżi attenta u indipendenti tal-ġustifikazzjoni għall-elenkar. Il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li l-Kummissjoni wettqet din l-analiżi ma kinitx sostenibbli fid-dawl tal-fatti tal-każ u ta’ konstatzzjonijiet ġuridiċi preċedenti f’kawżi simili.

    Ir-raba’ aggravju jikkontesta d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li Sanabel ma kellhiex locus standi fuq il-bażi li l-Qorti Ġenerali fehmet ħażin il-liġi. Il-locus standi ta’ Sanabel ma jiddependix minn klassifikazzjonijiet paralleli taħt id-dritt nazzjonali, imma minn jekk tistax tiġi hekk ikklassifikata jew le.


    Top