This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0006
Case C-6/16: Request for a preliminary ruling from the Conseil d’État (France) lodged on 6 January 2016 — Holcim France SAS, successor in law to Euro Stockage v Ministre des finances et des comptes publics
Kawża C-6/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-6 ta’ Jannar 2016 – Holcim France SAS, suċċessur fid-drittijiet tal-kumpannija Euro Stockage, Enka SA vs Ministre des finances et des comptes publics
Kawża C-6/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-6 ta’ Jannar 2016 – Holcim France SAS, suċċessur fid-drittijiet tal-kumpannija Euro Stockage, Enka SA vs Ministre des finances et des comptes publics
ĠU C 106, 21.3.2016, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 106/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-6 ta’ Jannar 2016 – Holcim France SAS, suċċessur fid-drittijiet tal-kumpannija Euro Stockage, Enka SA vs Ministre des finances et des comptes publics
(Kawża C-6/16)
(2016/C 106/26)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Holcim France SAS, suċċessur fid-drittijiet tal-kumpannija Euro Stockage, Enka SA
Konvenut: Ministre des finances et des comptes publics
Domandi preliminari
1) |
Meta leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru tuża, fid-dritt nazzjonali, il-fakultà offruta mill-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 90/435/KE, tat-23 ta’ Lulju 1990 (1), hemm lok għal kontroll tal-atti jew ftehimiet adottati għall-implementazzjoni ta’ din il-fakultà fir-rigward tad-dritt primarju tal-Unjoni Ewropea? |
2) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, li jagħtu lill-Istati Membri setgħa diskrezzjonali wiesgħa sabiex jiddeterminaw liema dispożizzjonijiet huma “meħtieġa għall-prevenzjoni tal-frodi jew tal-abbuż”, għandhom jiġu interpretati bħala li jxekklu milli Stat Membru jadotta mekkaniżmu intiż li jeskludi mill-benefiċċju tal-eżenzjoni d-dividendi mqassma lil persuna ġuridika kkontrollata direttament jew indirettament minn resident wieħed jew iktar ta’ Stati li ma humiex membri tal-Unjoni, ħlief jekk din il-persuna ġuridika tiġġustifika li l-katina ta’ ishma ma għandhiex bħala għan prinċipali jew bħala wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħha dak li tibbenefika mill-eżenzjoni? |
3) |
|
4) |
L-istipulazzjonijiet iċċitati iktar 'il fuq għandhom jiġu interpretati bħala li jxekklu milli leġiżlazzjoni nazzjonali ċċaħħad mill-eżenzjoni ta’ taxxa f’ras il-għajn id-dividendi mħallsa minn kumpannija ta’ Stat Membru lil kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, meta dawn id-dividendi jkunu ta’ benefiċċju għal persuna ġuridika kkontrollata direttament jew indirettament minn resident wieħed jew iktar ta’ Stati li ma humiex membri tal-Unjoni Ewropea, sakemm din ma tistabbilixxix li din il-katina ta’ ishma ma għandhiex bħala għan prinċipali jew bħala wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħha dak li tibbenefika mill-eżenzjoni? |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147).