Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0404

    Kawża C-404/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Lombard Ingatlan Lízing Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 90(1) — Effett dirett — Valur taxxabbli — Tnaqqis fil-każ ta’ kanċellazzjoni, ta’ xoljiment jew ta’ ħall — Tnaqqis fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali — Distinzjoni — Kuntratt ta’ leasing xolt minħabba nuqqas ta’ ħlas tat-tariffi]

    ĠU C 412, 4.12.2017, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201711170231555532017/C 412/174042016CJC41220171204MT01MTINFO_JUDICIAL20171012101122

    Kawża C-404/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Lombard Ingatlan Lízing Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 90(1) — Effett dirett — Valur taxxabbli — Tnaqqis fil-każ ta’ kanċellazzjoni, ta’ xoljiment jew ta’ ħall — Tnaqqis fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali — Distinzjoni — Kuntratt ta’ leasing xolt minħabba nuqqas ta’ ħlas tat-tariffi]

    Top

    C4122017MT1020120171012MT0017102112

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Lombard Ingatlan Lízing Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

    (Kawża C-404/16) ( 1 )

    “[Rinviju għal deċiżjoni preliminari — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 90(1) — Effett dirett — Valur taxxabbli — Tnaqqis fil-każ ta’ kanċellazzjoni, ta’ xoljiment jew ta’ ħall — Tnaqqis fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali — Distinzjoni — Kuntratt ta’ leasing xolt minħabba nuqqas ta’ ħlas tat-tariffi]”

    2017/C 412/17Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Lombard Ingatlan Lízing Zrt.

    Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

    Dispożittiv

    1)

    Il-kunċetti ta’ “kanċellazzjoni”, ta’ “xoljiment” u ta’ “ħall” użati fl-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jinkludu l-każ fejn, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ leasing tat-tip close-end, il-persuna li tagħti b’kera ma tistax iktar titlob il-ħlas tal-kera mingħand il-kerrej minħabba l-fatt li xolja l-kuntratt ta’ leasing minħabba nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt mill-kerrej.

    2)

    Fil-każ li kuntratt ta’ leasing intemm definittivament minħabba n-nuqqas ta’ ħlas tal-pagamenti dovuti mill-kerrej, il-persuna li tagħti b’kera tista’ tinvoka l-Artikolu 90(1) tad-Direttiva 2006/112 fil-konfront ta’ Stat Membru sabiex tikseb it-tnaqqis tal-valur taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud, minkejja li d-dritt nazzjonali applikabbli, minn naħa, jikklassifika tali każ bħala “nuqqas ta’ ħlas” fis-sens tal-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu u, min-naħa l-oħra, ma jippermettix tnaqqis tal-valur taxxabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas.


    ( 1 ) ĠU C 364, 3.10.2016.

    Top