Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0151

    Kawża C-151/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – “Vakarų Baltijos laivų statykla” UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/96/KE — Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u fuq l-elettriku — Artikolu 14(1)(ċ) — Eżenzjoni tal-prodotti ta’ enerġija użati bħala karburant jew kombustibbli għal skopijiet ta’ navigazzjoni fl-ibħra tal-Unjoni Ewropea u għall-produzzjoni tal-elettriku abbord dgħajjes — Karburant użat minn bastiment sabiex ibaħħar mill-post fejn inbena għal port ta’ Stat Membru ieħor sabiex jimbarka l-ewwel merkanzija kummerċjali tiegħu)

    ĠU C 293, 4.9.2017, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 293/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – “Vakarų Baltijos laivų statykla” UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

    (Kawża C-151/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/96/KE - Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u fuq l-elettriku - Artikolu 14(1)(ċ) - Eżenzjoni tal-prodotti ta’ enerġija użati bħala karburant jew kombustibbli għal skopijiet ta’ navigazzjoni fl-ibħra tal-Unjoni Ewropea u għall-produzzjoni tal-elettriku abbord dgħajjes - Karburant użat minn bastiment sabiex ibaħħar mill-post fejn inbena għal port ta’ Stat Membru ieħor sabiex jimbarka l-ewwel merkanzija kummerċjali tiegħu))

    (2017/C 293/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti:“Vakarų Baltijos laivų statykla” UAB

    Konvenuti: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tapplika għall-karburant użat sabiex bastiment ibaħħar, mingħajr merkanzija, minn port ta’ Stat Membru, f’dan il-każ dak ta’ fejn dan il-bastiment inbena, għal port ta’ Stat Membru ieħor sabiex hemm jimbarka merkanzija qabel ma sussegwentement tiġi ttrasportata għal port tat-tielet Stat Membru.

    2)

    L-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/96 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni minħabba li l-provvista ta’ prodotti ta’ enerġija lil bastiment twettqet mingħajr ma ġew issodisfatti r-rekwiżiti formali previsti minn din il-leġiżlazzjoni, minkejja li din il-provvista hija konformi mal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni kollha previsti fl-imsemmija dispożizzjoni.


    (1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


    Top