Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0147

    Kawża C-147/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vredegerecht te Antwerpen – il-Belġju) – Karel de Grote – Hogeschool Katholieke Hogeschool Antwerpen VZW vs Susan Romy Jozef Kuijpers (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur — Eżami ex officio, mill-qorti nazzjonali, tal-kwistjoni dwar jekk kuntratt jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva — Artikolu 2(ċ) — Kunċett ta’ “bejjiegħ jew fornitur” — Istituzzjoni edukattiva superjuri li l-finanzjament tagħha huwa żgurat, essenzjalment, minn fondi pubbliċi — Kuntratt dwar pjan ta’ ħlas lura bin-nifs mingħajr interessi tal-miżati ta’ reġistrazzjoni u tal-parteċipazzjoni fl-ispejjeż ta’ vjaġġ ta’ studju)

    ĠU C 240, 9.7.2018, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201806220061970512018/C 240/021472016CJC24020180709MT01MTINFO_JUDICIAL201805172211

    Kawża C-147/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vredegerecht te Antwerpen – il-Belġju) – Karel de Grote – Hogeschool Katholieke Hogeschool Antwerpen VZW vs Susan Romy Jozef Kuijpers (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur — Eżami ex officio, mill-qorti nazzjonali, tal-kwistjoni dwar jekk kuntratt jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva — Artikolu 2(ċ) — Kunċett ta’ “bejjiegħ jew fornitur” — Istituzzjoni edukattiva superjuri li l-finanzjament tagħha huwa żgurat, essenzjalment, minn fondi pubbliċi — Kuntratt dwar pjan ta’ ħlas lura bin-nifs mingħajr interessi tal-miżati ta’ reġistrazzjoni u tal-parteċipazzjoni fl-ispejjeż ta’ vjaġġ ta’ studju)

    Top

    C2402018MT210120180517MT00022121

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vredegerecht te Antwerpen – il-Belġju) – Karel de Grote – Hogeschool Katholieke Hogeschool Antwerpen VZW vs Susan Romy Jozef Kuijpers

    (Kawża C-147/16) ( 1 )

    “(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur — Eżami ex officio, mill-qorti nazzjonali, tal-kwistjoni dwar jekk kuntratt jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva — Artikolu 2(ċ) — Kunċett ta’ “bejjiegħ jew fornitur” — Istituzzjoni edukattiva superjuri li l-finanzjament tagħha huwa żgurat, essenzjalment, minn fondi pubbliċi — Kuntratt dwar pjan ta’ ħlas lura bin-nifs mingħajr interessi tal-miżati ta’ reġistrazzjoni u tal-parteċipazzjoni fl-ispejjeż ta’ vjaġġ ta’ studju)”

    2018/C 240/02Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Vredegerecht te Antwerpen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Karel de Grote – Hogeschool Katholieke Hogeschool Antwerpen VZW

    Konvenuta: Susan Romy Jozef Kuijpers

    Dispożittiv

    1)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandha tiġi interpretata fis-sens li qorti nazzjonali li tiddeċiedi fil-kontumaċja u li għandha s-setgħa, skont ir-regoli ta’ proċedura interni, li teżamina ex officio jekk il-klawżola li t-talba hija bbażata fuqha hijiex kuntrarja għar-regoli nazzjonali ta’ ordni pubbliku għandha teżamina ex officio jekk il-kuntratt li jinkludi din il-klawżola jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva u, jekk ikun il-każ, in-natura eventwalment inġusta tal-imsemmija klawżola.

    2)

    Bla ħsara għall-verifiki li għandhom isiru mill-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li istituzzjoni edukattiva awtonoma, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, permezz ta’ kuntratt, ftiehmet ma’ waħda mill-istudenti tagħha għal faċilitajiet ta’ ħlas tas-somom dovuti minn din tal-aħħar bħala miżati ta’ reġistrazzjoni u ta’ spejjeż marbuta ma’ vjaġġ ta’ studju, għandha titqies, fil-kuntest ta’ dan il-kuntratt, bħala “bejjiegħ jew fornitur” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, b’mod illi l-imsemmi kuntratt jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.


    ( 1 ) ĠU C 211, 13.6.2016.

    Top