Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0100

    Kawża C-100/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-9 ta’ Marzu 2017 – Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou vs Ir-Repubblika Ellenika, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Trasferiment ta’ minjieri bi prezz inferjuri għall-valur reali tas-suq — Eżenzjoni mit-taxxi fuq l-operazzjoni ta’ trasferiment — Stima tal-ammont tal-vantaġġ mogħti)

    ĠU C 144, 8.5.2017, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 144/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-9 ta’ Marzu 2017 – Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou vs Ir-Repubblika Ellenika, Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-100/16 P) (1)

    ((Appell - Għajnuna mill-Istat - Trasferiment ta’ minjieri bi prezz inferjuri għall-valur reali tas-suq - Eżenzjoni mit-taxxi fuq l-operazzjoni ta’ trasferiment - Stima tal-ammont tal-vantaġġ mogħti))

    (2017/C 144/16)

    Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou (rappreżentanti: V. Christianos u I. Soufleros, dikigoroi)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Ellenika, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u A. Bouchagiar, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tad-9 ta’ Diċembru 2015, Il-Greċja u Ellinikos Chrysos vs Il-Kummissjoni (T-233/11 u T-262/11, EU:T:2015:948), hija annullata sa fejn, permezz ta’ din is-sentenza, din naqset milli tirrispondi għall-argument ta’ Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou bbażat fuq l-għan li għalih ir-rapport ta’ perizja dwar l-istima tal-minjieri ta’ Kassandra (Il-Greċja) imwettaq matul is-sena 2004 ġie redatt.

    2)

    Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

    3)

    Ir-rikors ta’ Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/452/UE, tat-23 ta’ Frar 2011, dwar Għajnuna mill-Istat C 48/08 (ex NN 61/08) mogħtija mill-Greċja lil Ellinikos Xrysos SA, huwa miċħud.

    4)

    Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 175, 17.5.2016.


    Top