EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0605

Kawża T-605/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2015 – Wirtschaftsvereinigung Stahl et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 63–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/63


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2015 – Wirtschaftsvereinigung Stahl et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-605/15)

(2016/C 027/80)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wirtschaftsvereinigung Stahl (Düsseldorf, il-Ġermanja), Benteler Steel/Tube GmbH (Paderborn, il-Ġermanja), BGH Edelstahl Freital GmbH (Freital, il-Ġermanja), BGH Edelstahl Lippendorf GmbH (Lippendorf, il-Ġermanja), BGH Edelstahl Siegen GmbH (Siegen, il-Ġermanja), Buderus Edelstahl GmbH (Wetzlar, il-Ġermanja), ESF Elbe-Stahlwerke Feralpi GmbH (Riesa, il-Ġermanja), Friedr. Lohmann GmbH Werk für Spezial- & Edelstähle (Witten, il-Ġermanja), Outokumpu Nirosta GmbH (Krefeld, il-Ġermanja), Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH (Dillingen, il-Ġermanja), Zentralkokerei Saar GmbH (Dillingen), Drahtwerk St. Ingbert GmbH (St. Ingbert, il-Ġermanja), Ilsenburger Grobblech GmbH (Ilsenburg, il-Ġermanja), ThyssenKrupp Electrical Steel GmbH (Gelsenkirchen, il-Ġermanja), ThyssenKrupp Federn und Stabilisatoren GmbH (Hagen, il-Ġermanja), ThyssenKrupp Gerlach GmbH (Homburg, il-Ġermanja), ThyssenKrupp Rasselstein GmbH (Andernach, il-Ġermanja) u Emscher Aufbereitung GmbH (Mühlheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Janssen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti jitolbu li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1585, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) (implimentata mill-Ġermanja għall-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli u tal-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija) (notifikata bid-dokument C(2014) 8786) (1) tiġi annullata.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għall-motivi invokati fil-Kawża T-319/15, Deutsche Edelstahlwerke vs Il-Kummissjoni (2).


(1)  ĠU 2015 L 250, p. 122.

(2)  ĠU 2015 C 302, p. 60.


Top