This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0394
Case T-394/15: Action brought on 17 July 2015 — KPN v Commission
Kawża T-394/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2015 – KPN vs Il-Kummissjoni
Kawża T-394/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2015 – KPN vs Il-Kummissjoni
ĠU C 302, 14.9.2015, p. 67–67
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/67 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2015 – KPN vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-394/15)
(2015/C 302/83)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: KPN BV (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. de Pree u C. van der Hoeven, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 7241 final, tal-10 ta’ Ottubru 2014, li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE (Każ M.7000 – Liberty Global vs Ziggo), u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (1) sa fejn il-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni tal-effetti vertikali tal-konċentrazzjoni fis-suq tal-istazzjonijiet sportivi Premium Pay TV. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 296 TFUE sa fejn il-Kummissjoni naqset milli timmotiva d-deċiżjoni tagħha li ma tevalwax l-effetti antikompetittivi fis-suq tal-istazzjonijiet sportivi Premium Pay TV. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 sa fejn, fid-deċiżjoni, il-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni fir-rigward tal-irwol u tal-influwenza ta’ J. Malone f’impriżi oħra attivi fl-istess swieq. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Volum 3, p. 40-61).