Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0364

    Kawża T-364/15: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2015 – ADR Center vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 302, 14.9.2015, p. 63–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 302/63


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2015 – ADR Center vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-364/15)

    (2015/C 302/78)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: ADR Center Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: L. Tantalo, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015) 3117 finali tal-4 ta’ Mejju 2015;

    alternattivament, tiddikjara eliġibbli l-ispejjeż kollha kkonstatati mill-Kummissjoni bħala inammissibbli;

    tikkundanna lill-konvenuta u lil kull intervenjenti għall-ispejjeż legali tar-rikorrenti u l-ispejjeż għal din il-kawża għal ammont li għandu jiġi ddeterminat mill-Qori Ġenerali kif jidhrilha li huwa xieraq.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni li tadotta ordni ta’ rkupru f’materji kuntrattwali.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni hija bbażata fuq żbalji ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter min-naħa tal-Kummissjoni.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni.


    Top